IL-FESTA TA’ PENTECOSTE
1. Il-Ħadd 28 ta’ Mejju : Pentecoste. 9.30am Quddiesa li fiha nfakkru l-Ewwel Anniversarju mit-Twaqqif tal-Kor tat-Tfal immexxi minn Fr Joe Caruana ofm.
2. It-Tlieta 30 ta’ Mejju 2023 : L-OFS se jkollu l-Laqgħa ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. It-taħdita ssir mill-Kappillan. Kulħadd hu mistieden.
3. Il-Kunsill elettiv tal-Fraternita’ ta’ Tas-Sliema,  ta’ l-Ordni Franġiskan Sekular hu magħmlu minn Peter Darmanin, Ministru; Brigitte Attard, Viċi-Ministru; Cecilia Attard, Segretarja; Josephine Gatt, Teżoriera u Tony Mahoney, Joe Debono, Mariella Spiteri Gonzi, membri. Nifirħulhom u nawgurawlhom.
4. L-Erbgħa 31 ta’ Mejju : Ir-Raba’ Erbgħa bi preparazzjoni għall-Festa Titulari. 6.00pm Novena Perpetwa. 6.30pm Quddiesa bil-Priedka minn P. Claudio Borg O.P.
5. Il-Ħamis 1 ta’ Ġunju : 6.00pm Qrar għall-Ġenituri tat-Tfal tal-Ewwel Tqarbina. 7.00pm Prova ġenerali taċ-Ċerimonja tal-Ewwel Tqarbina għat-Tfal u l-Ġenituri.
6. Il-Ġimgħa 2 ta’ Ġunju : L-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Aħna l-Patrijiet noħorġu għall-Qrar u Tqarbin tal-morda u l-anzjani fid-djar.
7. Il-Ħadd 4 ta’ Ġunju : 9.30am Quddiesa li fiha 20 tifel u tifla ser jirċievu l-Ewwel Tqarbina. Dak in-nhar il-Quddiesa tal-11.00am tkun fil-11.30am. Nitolbu għalihom.
8. Il-Fondazzjoni tħeġġeġ lil kulħadd : Biex matul ix-xahar ta’ Mejju, noffru bukkett virtwali ta’ fjuri permezz ta’ Donazzjoni ta’ 5 Euro għal manutenzjoni tas-Santwarju. L-ispejjeż huma kbar ħafna. Is-Sultana tagħna tbierek il-ġenerożita’ tagħkom.
9. Il-Ħbieb tas-Santwarju : Ifakkrukhom li x-xogħol tar-Restawr beda u l-ewwel fażi hija ‘Survey’ sħieħa tal-bejt bid-drone u tpinġija ta’ pjanti ġodda. Tkunu tistgħu taraw kollox meta jkunu lesti, biex tkunu konxju tal-ħsarat. Jekk tixtiequ tgħinu hemm il-Formoli fil-Boards fl-entratura tal-knisja. Fil-boards hemm sensiela ta’ ritratti wkoll.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 7953 7719 – 2131 3505.