![](http://sacrocuorsliema.com/wp-content/uploads/2020/04/216755_395229477242252_207259154_n-206x300-206x300.jpg)
Fl-istess Hadd iccelebrajna wkoll Jum il-Missier!
Hija gurnata meta l-ulied juru l-imhabba u r-rispett taghhom b’mod specjali, lil missier li ha hsiebhom, rabbihom u edukhom. L-ulied jahsbu biex juru dan, b’xi rigal, b’xi harga, xi stedina ghal xi ikla. . . offerta ta’ Quddiesa ghar-ruh ta’ dawk il-missierijiet li ghaddew ghal hajja ta’ dejjem.
Fil-Festa ta’ Corpus Christi ccelebrajna ghotja ta’ rigal b’mod specjali. Din id-darba mhux ghotja ta’ rigal mill-ulied lejn Missier, imma ghotja SPECJALI li l-Missier taghna lkoll, jaghti lilna lkoll uliedu. Hija ghotja ta’ l-Akbar Imhabba ta’ Alla l-Missier lill-umanita, l-eghzez rigal li seta jaghtina meta tana lill-Ibnu stess ghas-salvazzjoni tad-dinja.
San Frangisk Missierna kien jissahhar jimmedita fuq dak il-lejl meta l-Iben t’Alla sar Bniedem, il-Misteru ta’ l-Inkarnazzjoni u ghalih, Gesu jkompli jsalva d-dinja b’Inkarnazzjoni kontinwa permezz ta’ l-Ewkaristija. Ghal Frangisku l-Ewkaristija kienet il-pedament, il-pilastru li wasslitu jimxi daqshekk qrib ma’ Gesu u jsir haga wahda Mieghu, jaqsam Mieghu sahansitra t-Tbatija tas-Salvatur fuq is-Salib.
Ic-celebrazzjoni ta’ din l-ghotja kienet imweghda wara l-miraklu tal-hobz u l-hut meta fis-sinagoga ta’ Kafarnaum Gesu ghamel dikjarazzjoni. “Jien hu l- hobz tal-hajja” u kompla “Ghax gismi hu tassew ikel u demmi hu xorb tassew” (Gw. 6, 34;54)
Il-weghda sehhet fl -Ahhar Cena meta Gesu qabad il-hobz f’idejh, qasmu u qal “Hudu, dan hu gismi”. Imbaghad wara li ha f’idejh il-kalci bl-inbid qal ”dan hu Demmi, id-Demm tal-Patt, li jixxerred ghal kotra.” (Mk.14, 22-24)
Din il-weghda giet imwettqa fuq il-Kalvarju fejn il-Gisem ta’ Kristu mbiccer, msammar fuq salib u Demmu mxerred sa l-ahhar qatra inghata bl-ikbar Ghotja.
Din hi l-ghotja tal-Missier li nghatat lilna fl-Ewkaristija. Dan kollu niccelebrawh fil-Festa ta’ Corpus Christi. Il-Mulej tana kollox u ma jrid xejn hlief il-fedelta u l-imhabba taghna lejH.
Kemm verament ahna konxji ta’ dan il-miraklu, meta kull meta nilqghu f’idejna dik id-daqsxejn ta’ Ostja Bajda nkunu qeghdin nilqghu r-Rigal li Alla l-Missier irregalalna: LilI-Ibnu stess rifless fil-kliem tas-Sacerdot “il-Gisem ta’ Kristu.” Meta nwiegeb “Amen” irrid nifhem li jiena nemmen li f’idejja ghandi l-istess Gesu, li ghex u mexa fuq din l-art, li ghamel tant mirakli, fejjaq tant morda, qajjem ohrajn mill-imwiet, sikket it-tempesta. Le, f’idejja ma jkollix gisem mejjet imma jkolli lil Gesu irxuxtat u verament haj fl-ispeci tal-Hobz u ta’ l-Inbid, li jibqa’ jaghti Lilu nnifsu lili fl-Ewkaristija. Dan ir-Rigal jaghmilna aktar ixxurtjati mill-Angli ghaliex ‘huma jarawh imma ahna nircevuh.Gesu hu verament haj fl-Ewkaristija. Dan jixhduh il-hafna mirakli Ewkaristici li jibqghu xhieda tal-Prezenza Reali. Il-Beatu Carlo Acoutis, li jixraqlu jissejjah l-Appostlu ta’ l-Ewkaristija jaghtina 32 mirakli tal-Prezenza Reali fl-Ewkaristija fil ‘website” li hadem fuqha qabel ma miet. Ghal dan iz-zaghzugh l-Ewkaristija kienet il-qofol ta’ kollox meta ddeskriva l-Ewkaristija bhala “l’auotostrada/highway ghal genna.” Hu kien jemmen li l-Ewkaristija biss hija t-triq ghal qdusija. Il-miraklu li ahna niccelebraw fil-Festa ta’ Corpus Christi tant kien reali ghalih li kien jghaddi hin twil sempliciment quddiem l-Ewkaristija. Ir-raguni ghaliex din il-prezenza tieghu kienet daqshekk importanti ddeskriviha f’sentenza wahda:
“Meta nixxemxu nismaru, meta npoggu lilna nfusna quddiem l-Ewkaristija nsiru qaddisin.”
Ejjew mela, kull meta nircievu l-Ewkaristija ntennu ‘Grazzi Missier’!
Il-Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.
Pauline Darmanin ofs.
0 Comments