IL-MILIED IMQADDES 2022
1. Is-Sibt 24 ta’ Diċembru : 5.00pm u 6.30pm Quddies tal-Vġili tal-Milied. 9.30pm Velja tal-Milied mill-Kor tat-Tfal tal-Parroċċa. 10.00pm Purċissjoni tal-Bambin, Quddiesa bil-Kant tal-Glorja u Priedka tradizzjonali mit-tfal Layla Vella u Daniel Busuttil.
2. Il-Ħadd 25 ta’ Diċembru : Il-Milied Imqaddes.
Quddies tal-Ħadd.
3. It-Tlieta 27 ta’ Diċembru : 6.30pm Laqgħa tal-OFS.
Taħdita minn Tony Mahoney bis-suġġett “Kemm nixtieq li kont wieħed mill-Maġi”. Il-laqgħa hi miftuħa għal kulħadd.
4. L-Erbgħa 28 ta’ Diċembru : Il-Club tal-Anzjani se jmorru s-Soreda Hotel, il-Qawra għall-Buffet Lunch tal-Milied. Ikollna Quddiesa fil-Hotel u wara jkollna kafe’ u Tombla u nispiċċaw bl-Ikla. 8.45am niltaqgħu is-Savoy Bus Stop u niġu lura fis-2.00pm.
Prezz €25. Min hu interessat iċempel lil Emma 9903 4410 jew lil Veronica 9925 9572.
5. Il-Ħamis 29 ta’ Diċembru : 9.00am It-Tfal tal-Katekiżmu flimkien mall-Ġenituri se jżuru l-Anzjani fid-Dar ta’ Sta Katerina. Ikollna quddiesa bil-Priedka tat-Tfal.
6. Il-Ħamis 29, il-Ġimgħa 30 u s-Sibt 31 :
Huma jiem il-Kwaranturi.
9.30am Is-Sagrament ikun espost san-12.00pm.
5.30pm Rużarju quddiem Ġesu’ Espost u Barka Sagramentali. 6.00pm Quddiesa.
7. Is-Sibt 31 ta’ Diċembru : Huwa l-Aħħar tas-Sena.
5.00pm Quddiesa. 6.30pm Quddiesa konċelebrata bit-Te Deum.
8. Il-Ħadd 1 ta’ Jannar 2023 : L-Ewwel tas-Sena.
Solennita’ ta’ Marija Omm Alla u Jum il-Paċi.
9. Il-Fondazzjoni u l-Għaqda Volontarja “Il-Ħbieb tas-Santwarju” : Jixtiequ jagħtu l-festi t-tajba lil Fraternita’ Franġiskana u lil Parruċċani kollha u jawguraw lil kulħadd is-Sena t-Tajba mimlija b’kull Barka mis-sema.
10. Il-Ħamis 5 ta’ Jannar : 4.30pm sas-7.30pm Laqgħa ma’ Fra Lorrie għat-Tfal Subien fil-Kunvent tagħna r-Rabat biex naqsmu l-ferħ tal-Milied flimkien.
11. Il-Ħadd 8 ta’ Jannar : Festa tal-Epifanija tal-Mulej Ġesu’.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 / 7953 7719.