Gheziez huti f’San Frangisk,
Kull tant zmien nisimghu b’xi tifel jew tifla li jissejhu ‘wonder child’. Dawn ikunu tfal li qabel jaghlqu tnax-il-sena ikunu ghamlu isem b’mod eccezzjonali f’xi qasam, bhal dak tax-xjenza, matematika, arti, muzika.

Dan l-ahhar ‘iltqajt’ ma tifla li kienet ‘wonder child’ f’qasam li ma tantx jinghata importanza: il-qdusija!
‘Iltqajt’ ma’ Sta. Rosa ta’ Viterbo, qaddisa zaghzugha li ghalkemm ghexet madwar seba’ mitt sena ilu, ghandha taghlima ghalina lkoll, specjalment ghalina Frangiskani Sekulari. Din il-qaddisa ghexet fi zmien meta l-Italja u anki l-Ewropa kienet mahkuma minn zewg kurrenti opposti. Frangisku t’Assisi  kien ghadu kif gie ddikjarat qaddis (1228) sentejn biss wara l-mewt tieghu. L-Ispirtu Frangiskan kien mifrux ma’ dawk li kienu jhaddnu l-Fidi Nisranija. Fl-istess hin, l-Imperatur Federiku, fil-kilba tieghu ghal poter, kien qieghed jokkupa l-Istati ta’ l-Ewropa bl-armati tieghu. L-istess ghamel f’Ruma u l-Istati ta’ madwar li kienu meqjusa bhala Stati Papali li dak iz-zmien kienu jaqghu taht il-poter tal- Papa anki f’kwistjonijiet politici. L-Imperatur gie skomunikat mill-Knisja, imma l-armati tieghu baqghu jokkupaw Ruma u r-regjuni ta’ madwar, inkluz Viterbo.

F’dan iz-zmien Rosa kellha biss 5 snin, imma l-qdusija taghha kienet diga qed iddawwal l-ambjent fejn kienet tghix: Viterbo, mahkum minn kampanja antiklerikali, specjalment kontra l-Papa. Jinghad li meta kellha biss 3 snin, meta kienet titlob fuq il-qabar ta’ zijitha mejta, din regghet hadet il-hajja. F’din l-eta zghira Rosa kienet diga tghaddi hin fit-talb f’kamra zghira fid-dar tal-genituri. Meta kellha 10 snin kellha dehra mill-Madonna li heggitha ssir Sekulara Frangiskana! F’din l-eta tenera, Rosa saret membru ta’ l-OFS!
Ta’ tnax-il-sena bdiet titkellem fil-berah, fit-toroq ta’ Viterbo, kontra l-mewga antiklerikali, theggeg lin-nies jergghu lura lejn it-thaddin Nisrani. Rifset il-kallijiet tal-politici u sabet ruhha f’periku kbir li tigi maqtula biex jghalqulha halqha. Is-sindku ta’ Viterbo ezilja lilha u l-genituri taghha mill-belt. Rosa ma qatghetx qalbha. Baqghet tippriedka fit-toroq ta’ l-ibliet u l-irhula minn fejn kienet tghaddi, tressaq lin-nies lejn it-Twemmin Nisrani.

Mal-mewt ta’ l-Imperatur Federiku, setghet tmur lejn Viterbo u dritt talbet lill Klarissi ta’ Viterbo jaccettewha maghhom. Giet irrifjutata ghaliex il-genituri taghha, fil-faqar taghhom, ma setghux jaghtuha d-dota li kienet mehtiega biex tidhol il-kunvent. Rosa mietet ftit wara meta kellha biss 17-il sena. Giet midfuna f’Viterbo, imma wara dehra taghha lill-Kardinal, gisimha gie trasferit fil-kunvent tal-Klarissi fejn giet milqugha bhala qaddisa wara li kienet irrifjutata bhala tfajla fqira!
 
X’baqa’ relevanti ghalina fl-2021, specjalment ghalina l-Frangiskani Sekulari, mill-hajja ta’ din it-tfajla kuragguza, Frangiskana Sekulari bhalna?

Ahna wkoll ghandna l-vokazzjoni li nkunu xhieda ta’ l-Evangelju meta naghtu d-‘dawl’ tat-twemmin taghna lil dawk ta’ madwarna, bil-mod kif nitkellmu, kif ingibu ruhna, kif nghixu.

Fl-4 ta Settembru l-Knisja fakkret lil Sta. Rosa u ghada l-Gzejjer Maltin jiccelebraw il-Festa tal-Vitorja, li minbarra li hi celebrazzjoni tat-Twelid ta’ Sidtna Marija, il-Maltin jiccelebraw rebhiet fuq l-ghadu Musulman.

Illum din it-taqbida ghadha sejra. . .mhux mat-Torok imma ma’ socjeta sekulari u ma individwalizmu li hakimha.
Imma ahna kemm ahna lesti li nikkumbattu f’din it-taqbida billi nitkellmu b’mod dirett jew virtwali (emails, messaggi, facebook) biex niddefendu valuri marbutin mat-Twemmin Nisrani?

Kemm infittxu li nkomplu nitghallmu u niskopru veritajiet tat-Twemmin taghna?
Kemm nispiccaw nzommu lura ghax il-biza li min jaf x’jahsbu fuqna jimmutana?
Niftakru fil-hmira u z-zerriegha tal-mustarda (Matt. 13,  31-35).
Il-Mulej jistenna li naghmlu l-parti taghna, zghira kemm hi zghira . . . . u l-kumplament nhalluh f’idejn l-Ispirtu s-Santu!

Il- Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.

Pauline Darmanin ofs