Niċċelebraw it-3 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni
1. Il-Ġabra għall-Missjoni tal-Art Imqaddsa : Kienet €588.11. Nirringrazzjawkom.
2. Il-Ħadd 26 ta’ Settembru : 10.30am – 12.00pm Inkomplu nirreġistraw lit-Tfal għall-Katekiżmu fl-Uffiċċju Parrokkjali.
3. Il-Programm tat-3 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni jkompli hekk :
It-Tnejn 27 u t-Tlieta 28 filgħodu :
10.00am Inżuru lill-Anzjani tal-Parroċċa. 6.30pm Quddiesa bil-Katekeżi fuq San Ġużepp.
4. L-Erbgħa 29 ta’ Settembru ikollna l-Quddies fis-7.00am, fid-9.00am.
6.30pm Konċelebrazzjoni mill-Provinċjal P.Twanny Chircop ofm. Intemmu bil-Barka Sagramentali. Kulħadd hu mistieden biex niċċelebraw flimkien.
5. Il-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru : Tqarbin tal-Morda mill-Patrijiet.
6. Il-Grupp Santa Marta : Ġentilment jitlob l-għajnuna ta’ min jista’ jagħti daqqa t’id fit-tindif tal-Knisja nhar ta’ Ħamis.
Avviċinaw lil Mrs Carmen Bottone.
Nitlob ukoll attenzjoni biex ma’ nħallux ‘tissues’ użati warajna fil-knisja.
7. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent, Sacro Cuor : Tavza li bhalissa qed isir xoghol tal-kisi tas-saqaf tal-Apside bil-membrane. Progett iffinanzjat mill-Fondazzjoni, bl-ghajnuna ta’ Stephen Buhagiar, f’isem il-Kummissjoni Festi. Kull ghajnuna finanzjarja tigi apprezzata hafna. Grazzi tal-ġenerożita’.
8. Premju Ġieħ tas-Sliema 2021 :
Il-Kunsill Lokali Tas-Sliema se jtella’ s-7 edizzjoni ta’ Premju Ġieħ Tas-Sliema nhar il-Ġimgħa 22 ta’ Ottubru fl-Imperial fi Triq Rudolfu. Tirċievu ll-Formoli d-dar jew tiġbruhom mill-Kunsill Lokali tas-Sliema, mill-Parroċċa jew jitniżżlu ‘online’.
U tibgħatuhom sal-Ġimgħa 1 ta’ Ottubru.
9. Kompetizzjoni tat-Tpinġija għat-Tfal :
Bit-tema “San Franġisk u l-Ambjent”.
Tfal bejn 5 u 9 snin. U bejn 10 u 14 il-sena.
It-Tpinġija tkun fuq Karta A4.
Jaslu għandna sal-Ħadd 3 t’Ottubru. Iktbu fuqha l-Isem, il-Kunjom u l-Eta’.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
Mob: 2131 3505 / 7953 7719.