Erfa’ s-Salib u Imxi Warajja !
1. Il-Ġabra Speċjali ta’ nhar il-Ħadd li għadda :
Kienet ta’ €464.87. Nirringrazzjawkom.
2. L-Erbgħa 15 ta’ Settembru : Il-Katekisti Antoinette Laferla u Peter Gatt ser jiltaqgħu mal-Kandidati li f’Novembru ser jirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Isqof.
Il-Laqgħa ser issir fiċ-Ċentru Parrokkjali bejn is-6.00pm u s-7.00pm. Importanti li l-Kandidati jattendu.
3. Il-Ħamis 16 ta’ Settembru :
Hu Jum ta’ Talb għal poplu tal-Afghanistan. Id-Djoċesi ta’ Malta timxi fuq il-passi tal-Papa Franġisku li qed jitlob dan minna.
4. Ir-Reġistrazzjoni tat-Tfal għall-Klassijiet tal-Katekiżmu :
Fl-Uffiċċju Parrokkjali.
– Nhar it-Tnejn 13 ta’ Settembru : Bejn il-5.00pm u s-7.00pm. – Nhar l-Erbgħa 15 ta’ Settembru : Bejn l-10.00am u l-11.30am. – Nhar il-Ħadd 26 ta’ Settembru : Wara l-Quddiesa tad-9.30am. Importanti li jkollna l-FIREM taż-żewġ ġenituri. Tfal ġodda li ma’ tgħammdux fil-Parroċċa tagħna iġibu Ċertifikat tal-Magħmudija.
5. L-Erbgħa 22 ta’ Settembru : Nibdew iċ-Ċelebrazzjonijiet tat-3 Anniversarju mill-Inkurunazzjoni li jintemmu l-Erbgħa 29 ta’ Settembru. L-Erbgħa 22 ta’ Settembru : 6.30pm Quddiesa li fiha ssir il-Vestizzjoni ta’ Fratelli u Konsorelli fil-Fratellanza tal-Madonna tas-Sacro Cuor.
Min jixtieq jissieħeb ikellem lis-Sur Tony Vidal jew lis-Sur Joe Debono.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan/Gwardjan
MOB: 2131 3505 / 7953 7719.
0 Comments