Naqraw fil-Ktieb tal-Genesi: ‘Fil-bidu Alla halaq is-sema u l-art; u kienet l-art tahwid u bah; u dlam kien fuq wicc l-abissi, u fuq wicc l-ibhra kien jittajjar rih ta’ Alla. U Alla qal: Ha jkun id-dawl …’ (1:2, 2) Il-kelma ‘dawl’ kienet wahda mill-ewwel kliem li qal Alla skond l-Iskrittura. Dik il-kelma turi l-bidu tal-holqien. (Gen, 1:3). Jekk noqoghdu nahsbu ftit, meta tarbija tat-twelid tiftah ghajnejha l-ewwel ma tara, ikun id-dawl. Nimmagina li l-istess gara meta Gesu Tarbija fetah ghajnejh … ra id-dawl. Ghalkemm kien dawl limitat gewwa l-ghar. Kultant noqghod nahseb u nghid, bejni w bejn ruhi, tghid dak il-hin Gesu Tarbija ftakar meta, bhala Alla, halaq id-dinja, u qal ‘Ha jkun id-dawl’. U f’dak il-kaos tal-abbissi twieled id-dawl. Riflessjoni ohra helwa; meta Alla halaq id-dinja kienu prezenti Alla l-Missier, Alla l-Iben u Alla l-iSpirtu s-Santu … it-Trinita Qaddisa. U meta twieled Gesu Tarbija, id-Dawl tad-dinja, gewwa l-ghar ta’ Betlehem, kienu prezenti Gesu Tarbija, Marija Ommu u missieru Guzeppi, tlett persuni … il-Familja Mqaddsa. 
0 Comments