Gheziez hbieb,
Illum il-11 ta Awwissu, Il-Knisja tiddedikah lil Santa Klara, l-ewwel mara li mxiet wara Missierna San Frangisk, u tat bidu ma numru ta’ xebbiet ohra ghat-Tieni Ordni Frangiskan. Frangisku kien diga waqqaf l-Ewwel Ordni, dik li baqghet maghrufa bhala l-Ordni tal-Frangiskani Minuri.
U ahna l-Frangiskani Sekulari, niffurmaw it-Tielet Ordni, li bdiet minn xewqa ta’ grupp ta’ lajci li xtaqu jimxu fuq il-passi ta’ Frangisku.
Din il-gurnata ggibli memorji tant sbieh!
L-ahhar darba li ltqajna flimkien bhala Frangiskani Sekulari, kien dak il-hin li ghaddejna flimkien fil-Monasteru tal-Klarissi u doqna xi ftit mis-sens ta’ paci u trankwillita fil-prezenza tal-Mulej. Ma nistax ma niftakarx ukoll dik il-gurnata f’Gunju tas-sena 2019, meta xi whud minna, f’pellegrinagg f’Assisi, waqafna quddiem id-dar tal-familja ta’ Klara. Bla ma trid, tara bl-ghajnejn tar-ruh, lil dik it-tfajla li telqet bil-mohbi f’Hadd il-Palm, biex timxi fuq il-passi ta’ Frangisku.
Minkejja r-rezistenza tal-familja ghad-decizjoni taghha, Klara baqghet determinata li tikkopera mar-rieda u s-sejha tal-Mulej ghaliha. U l- Mulej ghadu jsejjah!
Lilna sejhilna biex ahna wkoll bhala Frangiskani Sekulari, naghmlu hilitna biex inkomplu nissahhu fl-Ispiritwalita Frangiskana. Il-Mulej jibqa’ jsejhilna, meta jibghatilna hsiebijiet pozittivi, sejhiet biex naghmlu l-parti taghna bhala lajci, fil-Parrocca, fl-Ghalqa tal-Mulej, sejhiet biex nibqghu nikbru fl-gharfien tal-Fidi billi nkomplu nfittxu, nisimghu, nitghallmu fuq it-Twemmin Nisrani.
Klara telqet kollox u ghexet il-hajja msawra mal-valur tal-faqar.
Tkun fqir fl-ispirtu huwa valur li jpoggina f’sens ta’ umilta totali fi hdan i-Mulej. Huwa s-sens li tghix li dak li wiehed jirnexxilu jaghmel, jaghmlu biss bis-sahha u l-grazzja tal-Mulej. Ahna biss ghodda f’idejn il-Mulej u ma nistghu naghmlu xejn bil-hila taghna biss. Kull success fil-hidma taghna nafuh Lilu biss!
Ic-centru tal-hajja ta’ Klara kienet l-Ewkaristija.
Niftakru fil-grajja meta l-fidi ta’ Klara fil-prezenza tal-Mulej fl-Ewkaristija, wasslitha biex bis-sahha ta’ din il-fidi taghha, salvat lil Monasteru u ta madwar minn attakk ta’ suldati. Hi feggghet fit-tieqa tal-Monasteru bl-Ewkaristija f’idejha, minn fejn fegg dawl tant qawwi li bezza’ lis-suldati li harbu minghajr ma ghamlu ebda hsara.
Nieqfu ftit u nirriflettu . . . .
Kemm hi verament importanti l-Ewkaristija fil-hajja tieghi?
Kemm hi reali ghalija l-prezenza ta’ Gesu fl-Ewkaristija?
Kemm nara verament lil Gesu, haj u veru, bl-ghajnejn tal-fidi, fuq l-altar tas-Sagrificcju?
Gesu fl-Ewkaristija ghandu jkun ic-centru tal-hsieb taghna hekk kif nidhlu fil-knisja. Insellmu Lilu l-ewwel, qabel ma nfittxu fejn se noqoghdu u nsellmu Lilu qabel ma nohorgu mill-knisja. Bi kliem semplici li Hu tant japprezza, nitolbuh johrog maghna u jakkumpanjana fil-hajja taghna.
Illum nitolbu lil Santa Klara turina t-triq biex b’kuragg naghmlu l-almu taghna halli fuq i-passi ta’ San Frangisk noqorbu izjed lejn Gesu Kurcifiss li Hu prezenti u haj fl-Ewkaristija.
Il-Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.
Paci u Sliem.
Pauline Darmanin ofs.
0 Comments