
Dawn huma : Ellezia Cardona, Jayden Ellul, Edrienne Galea, Keyah Mangion, Marie Angele Oliver, Jade Muscat, Matthias Ciantar. Oħrajn irċevewha fi knejjes oħra.
Il-Quddiesa tal-11.00am tkun fil-11.30am biex nagħtu ċans il-funzjoni tintemm.
2. Ġabra Speċjali kienet : 734 Ewro. Nirringrazzjawkom.
3. Infakkru lil Letturi u Animaturi fil-Kors għalihom : Il-Ġimgħa, 18 u 25 ta’ Settembru fis-7.00pm fil-Knisja ta’ Stella Maris.
4. It-Tlieta 29 ta’ Settembru : It-II Anniversarju mill-Inkoronazzjoni tal-Istatwa Artistika tas-Sultana Tagħna tal-Qalb Ħelwa ta’ Ġesu’.
6.00pm Novena. 6.30pm Quddiesa Konċelebrata mall-Ministru Provinċjal ġdid Patri Twanny Chircop ofm.
Mistiedna l-Għaqdiet kollha tal-Parroċċa, il-Kummissjoni Festa u l-Kumitat tal-Każin Banda Sliema u l-Kommunita’ Nisranija.
Titkanta l-Antifona, tingħata l-Barka Sagramentali u jitkanta l-Innu ‘Viva Dejjem’.
5. Il-Ħadd 4 ta’ Ottubru : Festa ta’ Missierna San Franġisk t’Assisi.
9.30am Quddiesa Konċelebrata bil-Parteċipazzjoni tal-Għaqdiet tal-Parroċċa, Il-Kummissjoni Festa u l-Kumitat tal-Każin Banda Sliema.
Din is-sena hu permess li jinġiebu ‘pets domestiċi’ fil-knisja għat-Tberik tradizzjonali.
6. Informazzjoni dwar il-Katekiżmu tat-Tfal : Il-ġimgħa d-dieħla nagħtukom dettalji dwar kif ser norganizzaw il-Katekiżmu din is-sena minħabba l-COVID-19. Hu suġġerit li nibdew fit-12 t’Ottubru. Spazju kif jitolbu d-Direttivi aħna m’għandniex. Probabbli li t-Tfal jirċievu l-Lezzjoni b’emejl id-dar. Dwar ir-Reġistrazzjoni inħabbru il-ġimgħa d-dieħla. U tirċievi Ċirkulari d-dar bid-dettalji.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm Kappillan
Mob: 7953 7719.
0 Comments