Fr Alex Borg OFMIllum (il-Ħadd) fis-7.15 pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.

It-Tnejn : Fid-9.30am se jsir il-laqgħa tal-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Fil-11.00am Rużarju u fil-11.30am Quddiesa u Supplika tal-Madonna ta’ Pompei.

It-Tlieta : Festa ta’ San Gorg Preca. Fis-6.30pm se nkomplu ż-żjarat u t-tberik tal-familji li joqgħodu fi Triq San Marija. Fis-7.30pm se nitolbu r-Rużarju flimkien fil-kantuniera bejn it-Toroq Viani u Moroni.

L-Erbgħa : Nibdew l-Erbgħat tal-Madonna bi tħejjija għal-festa. Fis-6.30pm Quddiesa minn P. Allister Aquilina O.F.M. Konv. Wara tingħata l-Barka Sagramentali.

Il-Ħamis : Fis-5.30pm Adorazzjoni u fis-7.00pm Lectio Divina.

Il-Ġimgħa : L-Unita 10 se torganizza pellegrinaġġ bl-istatwa tal-Madonna ta’ Fatima fis-7.00pm mill-Knisja Parrokkjali ta’ Stella Maris sax-Xatt.

Is-Sibt : Fis-6.00pm it-tfal se jittelgħu feature dwar il-grajjiet ta’ Fatima. Imbgħad wara l-Quddiesa tas-6.30pm se ngħamlu pellegrinaġġ aux flambeaux u bl-imkatar bojod madwar it-toroq tal-Parroċċa tagħna bl-istatwa ta’ Fatima, fejn nitolbu r-Rużarju. Dawn l-attivitajiet qed jsiru biex infakkru l-100 sena mid-dehriet tal-Madonna ġewwa Fatima.

………………………………………..

Attivitajiet b’risq il-festa

Il-bazaar ser jsir fl-20 u l-21 ta’ Mejju fil-Każin. Min għandu xi affarijiet jista’ jċempel fuq t-telefown li hemm fin-notice board. Nhar is-27 ta’ Mejju ser jsir BBQ fil-bitha tal-kunvent.

Bookings miftuħ u d-dettalji ssibuhom fil-poster fin-notice boards.