Matul dawn il-jiem nitolbukhom sabiex tingħaqdu magħna fit-talb għas-suċċess taż-Żjara Franġiskana, li qed ssir fil-parroċċa ta’ Ħal Tarxien.

Fr Alex Borg OFMMinħabba li llum biddilna l-ħin għal dak tas-sajf, il-quddiesa ta’ filgħaxija – bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa – mill-ġimgħa d-dieħla se tibda tkun fis-6.30 pm.

Illum – il-Ħadd – fiċ-Ċentru Parrokkjali se ssir il-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza mid-9.00am sas-6.00pm. Min ma jistax jattendi jista’ jingħaqad magħna fit-talb. Fil-Knisja Parrokjali tal-Balluta fl-4.00pm se ssir l-Acies, li tinkludi Quddiesa, għall-membri tal-Leġjun ta’ Marija u l-Awżiljari.

Il-Ħamis: Fil-5.00pm Adorazzjoni u fis-6.30pm Lectio Divina.

Il-Ġimgħa: L-Ordni Franġiskan Sekular se jorganizza nofs ta’ nhar IRTIR, li se jitmexxa minn P. Pawl Gatt, Dumnikan. Jibda fid-9.30am bil-Quddiesa. Wara se jkun hemm break għall-kafe, imbagħad konferenza mill-istess saċerdot. Dan se jinżamm fil-kamra tal-OFS, ħdejn l-Uffiċċu Parrokkjali. Ħlas ta’ xejn. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi.
………………………………

Il-ġabra b’risq is-Seminarju kienet ta’ €800. Grazzi ħafna.

Intom u ħergien mill-knisja tistgħu tieħdu magħkom il-programm tal-Ġimgħa Mqaddsa.
………………………………

Attivitajiet tal-festa

Minn nhar il-Ġimgħa sal-Ħadd li ġej bejn it-8.00am u t-8.00pm ser ikun hemm l-bazaar ġewwa l-Każin tal-Banda. Ssibu ħafna affarijiet għal-bejgħ bi prezzijiet irħas. Għal-viżti tal-knejjes ta’ nhar il-Ġimgħa l-Kbira, baqa’ ftit postijiet.

Nfakkrukom sabiex mingħandu xi ħaġa tal-ganutell għall-wirja tal-Ġimgħa Mqaddsa, jkellem lil Brian Vigar.
………………………………

Spiru Zammit twieled għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.