Il-Ġimgħa 7 ta April – Jum id-Duluri
6.30am, 7.30am, 9.00am Quddies.
5.00pm Ftuħ u tberik tal-Wirja “Għandi l-Għatx” fil-Każin imtella’ mill-Kummissjoni Festi u mis-Soċjetà Filarmonika Sliema.
5.30pm Via Sagra.
6.00pm Quddiesa bil-priedka tal-Eżerċizzi.
7.00pm Purċissjoni ta’ Marija Addolorata – toħroġ mill-Knisja, tgħaddi minn Triq San Trofimu, Triq San Ġwann Battista, Triq Rudolfu, Triq Santa Marija, Triq San Trofimu u lura fil-Knisja. Wara il-Purċissjoni ssir Quddiesa oħra.
Is-Sibt 8 ta’ April – Sibt il-Palm
5.00pm Quddiesa .
6.00pm L-I Għasar ta’ Ħadd il-Palm.
6.30pm Quddiesa.
7.30pm Pageant tal-Passjoni fit-Toroq, animata mit-tfal tal-Parroċċa, Tibda’ fuq iz-zuntier tal-Knisja, Triq Dun Pawl Vella, Triq il-Knisja, Triq il-Karmnu, Triq San Ġwann Battista, Triq San Trofimu u lura għall-Knisja.
Il-Ħadd 9 ta’ April – Ħadd il-Palm u Jum l-Art Imqaddsa
6.30am Quddiesa.
7.45am Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
8.00am Quddiesa.
9.15am Tberik tal-friegħi tal-palm u żebbuġ u titlaq purċissjoni tad-Dħul Solenni ta’ Ġesù f’Ġerusalemm minn quddiem il-Kappella tal-Adorazzjoni, u tgħaddi minn Triq Dun Pawl Vella, Triq il-Knisja, Triq il-Karmnu Triq San Ġwann Battista, Triq Trofimu u tidħol fil-Knisja.
Jieħdu sehem it-tfal tal-parroċċa libsin l-ilbies ta’ Lhud u l-Fratellanzi tas- Sagrament u tal-Madonna tas-Sacro Cuor u l-Ordni Franġiskan Sekular. Wara Quddiesa
11.00am u 6.30pm Quddies.
Jum ta’ Talb għall-Missjoni tal-Art Imqaddsa.
Waqt il-Quddies tas-Sibt u l-Ħadd il-ġabra tkun għall-Missjoni tal-Art Imqaddsa.
It-Tnejn 10 ta’ April – Tifkira tal-Ħasil tar-Riġlejn għat-tfal
6.30pm Quddiesa animata għat-tfal kollha tal-Parroċċa b’tifkira tal-ħasil tar-riġlejn lit-Tfal.
It-Tlieta 11 ta’ April – Jum l-Pellegrinaġġ bir-Redentur
6.00pm Via Matris fil-Knisja.
6.30pm Quddiesa.
7.00pm Pellegrinaġġ bl-istatwa tar-Redentur, li jibda’ mill-Knisja, Triq San Trofimu, Triq San Ġwann Battista, Triq il-Karmnu, Triq Leone, Triq Falzon, Triq Sant’Elena, Triq Manwel Dimech, Triq Rudolfu, Triq San Trofimu u lura għall-Knisja
L-Erbgħa 12 ta’ April – Jum il-Maħfra
6.00pm Quddiesa bis-Sagramet tar-Rikonċiljazzjoni (Qrar).
7.30pm Kunċert ta’ Marċi Funebri “Memoriam” mtella’ minn grupp ta’ bandisti volontarji taħt id-direzzjoni tas-surmast Mro. Lesley Tabone. Donazzjonijiet imorru għal ALS Foundation.
Il-Ħamis 13 ta’ April – Ħamis ix-Xirka
7.00am Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
6.30pm Quddiesa Solenni b’tifkira tal-Aħħar Ikla tal-Mulej. Tifkira tal-Ħasil tar-Riġlejn. Purċissjoni Solenni bl-Ewkaristija lejn l-Altar tar-Repożizzjoni.
Mixgħela mill-Kummissjoni Festi fi Triq Trofimu quddiem il-Knisja.
8.30pm Seba’ Viżti fil-Knejjes Tas-Sliema organizzata mill-Kumitat tas-Soċjeta’ Filarmonika Sliema.
10.00pm Adorazzjoni Solenni quddiem l-Altar tar-Repożizzjoni. Il-Knisja tibqa’ miftuħa sa nofs il-lejl.
Il-Ġimgħa 14 ta’ April – Ġimgħa l-Kbira
6.30am Tiftaħ il-Knisja.
8.00am Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
8.30pm Seba’ Visti madwar il-Knisja organizzata mill-Fratellenza tas-Sagrament.
2.30pm Via Sagra animata mil-Abbatini.
3.00pm Azzjoni Liturġika, Adorazzjoni Solenni tas-Salib, Tqarbin Solenni.
Is-Sibt 15 ta’ April – Sibt il-Għid
6.30am Tiftaħ il-Knisja.
7.00am Uffiċċju tal-Qari u Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
Mis-6.00pm sas-7.00pm il-Patrijiet ikunu disponibbli għas-Sagrament tal-Qrar fil-Knisja.
8.00pm Liturġija tat-Tberik tan-Nar, Liturġija tal-Kelma, Liturġija tat-Tberik tal-Ilma, Liturġija tal-Ewkaristija.
Il-Ħadd 16 ta’ April – Għid il-Kbir
6.30am, 8.00am, 9.30am, 11.00am u 6.30pm Quddies.
0 Comments