It-Tnejn : Fid-9.30am ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali se ssir il-laqgħa tal-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament. Dak in-nhar ukoll, ħdejn l-istess Uffiċċju, mill-5.00 sas-6.30pm, se tiftaħ ir-registrazzjoni għall-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza. Tħallux għall-aħħar.
L-Erbgħa : Se ssir ħarġa ta’ nofs ta’ nhar, li tinkludi Quddiesa fis-Santwarju tar-Redentur tal-Isla. Tluq fid-9.00a.m. mis-Savoy Terminus. Biljetti mingħand il-membri tal-Kummissjoni Anzjani. Fis-6.45pm se jerġa’ jiltaqa’ l-Kunsill Pastorali Parrokkjali.
Il-Ħamis : Fil-5.00pm Adorazzjoni u fis-6.30pm Lectio Divina.
…………………………………
Il-biljett rebbieħ tal-kwadru taċ-Chadwick Lakes: ISFAR WXYZ 114, għadu ma nġabarx. Iċċekkjaw l-biljetti tagħkom.
…………………………………
Attivitajiet tal-festa
Nfakkrukhom fil-gita / pellegrinaġġ għal Fatima, Lisbona u Madrid li se ssir f’ Settembru, peress li għad baqa’ biss ftit postijiet. Nhar it-Tnejn 27 ta’ Frar ser jsir part tal-karnival għat-tfal bil-kostum ġewwa s-sala tal-Każin bi prezz ta’ €10. Biljetti mingħand Brian Vigar.
…………………………………
Mary Pugh, Guza Spiteri, Anthony Mercieca, Lina Grixti u Anna Maria Depasquale Schran, twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments