Fr Alex Borg OFMGrazzi mill-qalb tal-presenza u l-għajnuna li intom tajtuna tul il-jiem tal-Milied. Grazzi wkoll tal-ġabra li saret għad-Dar tal-Providenza li kienet € 800, li flmkien mal-ġabra ta’ €2,715 tal-maratona ‘Talb, Sawm u Asitenza’, li kienet saret f’ Marzu 2016, it-tnejn flimkien laħqu s-somma ta’ €3,515. Grazzi lilkom u lis-Sliema Lions Club tal-preserves li tajtuna biex bihom tajna christmas hampers lill-familji fil-bżonn tal-Parroċċa.

It-Tnejn : Fid-9.30am ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali se jsir laqgħa għall-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament.

L-Erbgħa : L-Uffiċċju Parrokkjali mhux se jiftaħ. Fis-7.30pm jibda l-Kors ta’ Kana.

Il-Ħamis: Fil-5.00 pm Adorazzjoni. Fis-6.30 pm Lectio Divina.

Il-Ħadd li ġej fil-5.30 pm Mons. Arċisqof se jqaddes fil-Konkatidral ta’ S. Ġwann għall-għarajjes.

……………………………….

Mit-Tlieta sal-Ħamis il-Kappillan se jattendi il-live-in tal-kappillani ġewwa s-Seminarju tal-Virtu.

……………………………….

Attivita għall-festa

Ser jsir bazaar fl-aħħar weekend ta’ Jannar. Min għandu xi affarijiet jista jċempel fuq in-numru li hemm fin-notice boards jew jkellem lil Brian Vigar.

……………………………….

Għall-aktar tagħrif ara l-website tal-Parroċċa www.sacrocuorsliema.com