Fr Alex Borg OFMIt-Tnejn : Għad hawn ġenituri li għadhom ma rreġistarwx lil uliedhom għal Katekiżmu. Dan jistgħu jgħamluh fil-ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali.

L-Erbgħa : Fis-7.00pm jiltaqa’ l-Kor Parrokkjali.

Il-Ħamis : Infakkru t-98 anniversarju mit-twaqqif tal-Parroċċa tagħna. Għalhekk tajjeb li wieħed joffri t-talb tiegħu għall-bżonnijiet tal-Parroċċa tagħna. Għall-quddiesa tas-6.30 pm

huma mistiedna b’mod speċjali l-membri tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali. Fis-7.00 pm Lectio Divina.

Il-Ġimgħa : Bħala Unita 10, se jiġi organizzat t-tielet pellegrinaġġ tal-Gublew għal Katidral tal-Imdina. Fil-5.45 pm tluq mis-Savoy bus stop. Se jkollna l-Qrar u Quddiesa. Biljetti jinkisbu mingħand Simiana’s u Simler’s Confectionery. Tħallux għall-aħħar!!!!

Is-Sibt : Nerġgħu nibdew l-Quddiesa tal-5.00 pm.

Matul ix-xahar ta’ Ottubru t-talba tar-Rużarju, li nitolbu fil-knisja, se noffruha għall-bżonnijiet tal-Parruċċani tagħna. Aktar tagħrif qed jidher fin-noticeboard.

Il-Ħadd li ġej (2 ta’ Ottubru) niċċelebraw JUM IT-TAGĦLIM NISRANI. Fil-quddiesa tad-9.30am il-Katekisti se jirċievu l-mandat. Il-ġenituri flimkien mat-tfal huma mistiedna biex jkunu

xhieda ta’ dan.

Fit-8 t’ Ottubru, fil-kunvent tagħna tal-Ħamrun, se tiġi organizzata Festa tat-Tfal bejn l-10.00 am u s-1.00 pm. Aktar dettalji mill-Uffiċċju Parrokkjali.