……………………………………….
Illum qed noffru t-Talb u jsir il-ġabra speċjali b’risq il-missjoni franġiskana tal-Art Imqaddsa.
……………………………………….
It-Tnejn : Fis-7.00pm jiltaqa’ l-Kor Parrokkjali.
Il-Ħamis : Fis-7.00 pm Lectio Divina.
Il-Ġimgħa : Fil-knisja parrokkjali ta’ S. Girgor se jiġi ċċelebrat Jum il-Ħniena. Il-funzjoni tibda fit-3.30 pm u tinkludi Adorazzjoni, Qrar u Quddiesa.
Nhar il-Ġimgħa 30 ta’ Settembru, bħala Unita 10, se jiġi organizzat t-tielet pellegrinaġġ tal-Gublew għal Katidral tal-Imdina. Fil-5.45 pm tluq mis-Savoy bus stop. Se jkollna l-Qrar u Quddiesa. Biljetti jinkisbu mingħand Simiana’s u Simler’s Confectionery.
Attivitajiet tal-festa
Għall-pellegrinaġġ ta’ Ruma u Assisi baqa’ biss 6 postijiet. Intant l-gurnata għal Catania ta’ Jannar hija fully booked. Din il-ġimgħa l-bingo ġewwa l-Każin se jsir nhar it-Tlieta kif wkoll l-Erbgħa bħas-soltu fis-7.30pm. Bħalissa qegħdin jinġabru l-affarijiet għal bazaar, li se jsir fl-aħħar t’Ottubru. Ħwejjeġ mhux qed jiġu aċċettati.
……………………………………….
Vicky Micallef twieldet għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments