Fr Alex Borg OFMIt-Tlieta: Fis-7.00pm laqgħa tal-O.F.S. dwar ‘Wara l-Qawmien’. Fis-7.15pm tingħad it-talba tar-Rużarju fit-Triq Karmnu kantuniera ma’ S.Gjaċintu. Ser jibdew t-tberik u ż-żjarjat tal-familji fi Triq S. Duminku. Dawk il-persuni li joqgħodu fi Triq Viani u għal xi raġuni ma ġejnix inżurhom għandhom jgħamlu appuntament fl-Uffiċċju Parrokkjali.

L-Erbgħa: Jitkomplew l-Erbgħat tal-Madonna ta’ qabel il-festa. Fis-6.30pm Quddiesa bi ħsieb u wara Barka Sagramentali.

Il-Ħamis: Fil-5.30pm Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina. Fis-6.30pm Quddiesa bis-Salmi u fis-7.00pm tibda l-Lectio Divina.

Il-Ġimgħa: Festa ta’ Qalb ta’ Ġesu u l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar. Wara l-Quddiesa tad-9.00am ser issir Adorazzjoni bis-Salmi u Barka Sagramentali. Fil-5.00pm Adorazzjoni bis-salmi u skiet. Fis-6.10pm Għasar. Fis-6.30 pm Quddiesa u wara purċissjoni Ewkaristika li ser tgħaddi minn dawn it-toroq: S. Trofimu, S. Ġwann Battista, Karmnu, Falzon, S. Elena u S. Alfons Kif nidħlu fil-bitħa tas-Sorijiet Franġiskani tingħata l-Barka. Inħeġġu lil kulħadd biex jieħu sehem f’dan l-att ta’ fidi u r-residenti biex jżejnu l-gallerji u t-twieqi tagħhom.

Dawk il-parruċċani li għadhom ma mlewx il-formoli taċ-ċensiment tal-parroċċa, jistgħu jieħdu kopja mill-Kappellun tal-Qalb ta’ Ġesu.
……………………………………

Attivitajiet tal-festa

TOMBLANitlobu lil helpers tas-soltu biex jiġbru mis-sagristija l-envelops tal-arbural tal-festa sabiex jqassmuhom fid-djar. L-arbural jibda jinġabar minn nhar t-Tnejn 6 ta’ Ġunju. Nhar il-Ġimgħa fit-8.00pm ser issir ftira bingo night fil-Każin.

It-tombla tal-Erbgħa ssir bħas-soltu.