Ir-Raba’ Ħadd ta’ l-Għid (Sena Ċ). Riflessjoni fuq l-Evanġelju ta’ San Ġwann (10:27-30) minn Dun Pawl Camilleri. Video iffilmjat u editjat minn George Palmier. Iżjed riflessjonijiet fuq l-Evanġelju issibuhom fil-Youtube Channel – Parrocca Iklin Malta.
F’dak iż-żmien, Ġesù qal: “In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.
U jiena nagħtihom il-ħajja ta’ dejjem; u huma ma jintilfu qatt, u minn idejja ma jaħtafhomli ħadd.
Missieri, li tahomli, hu akbar minn kulħadd, u ħadd ma jista’ jaħtafhom minn id il-Missier. Jien u l-Missier aħna ħaġa waħda.”
0 Comments