Fr Alex Borg OFMIllum qed issir il-Maratona: Talb, Sawm u Penitenza fiċ-Ċentru Parrokkjali mid-9am sas-6pm. Fost l-oħrajn,ser ikun hemm Quddiesa u Dun Pawl Camilleri ser ikun disponibbli għall-Qrar u counselling bejn is-2pm u s-6pm.

Dan kollu qed isir b’risq id-Dar tal-Providenza. Min ma jistax jattendi, jista’ jisponsorja lill-Gwardjan jew lill-Kappillan. Jistgħu jattendu wkoll għal xi ħin dawk li ma jistawx jattendu għad-9 sigħat sħaħ.

It-Tnejn jibda l-aħħar Kors ta’ Eżerċizzi għal kulħadd. Wara l-quddiesa tas-6pm ikun hemm il-Via Sagra u fis-7pm jibdew l-Eżerċizzi. Il-predikatur ser ikun Mons. Charles Cordina.

Nhar it-Tlieta il-membri tal-OFS ser ikollhom l-aħħar laqgħa qabel ma jieqfu għall-Ġimgħa Mqaddsa. Fil-laqgħa ser jitħabbru avviżi importanti dwar il-Ġublew.

Nhar il-Ħamis ser issir żjara lill-anzjani fir-Residenza ta- San Viċenz de Paule. Tluq fid-9.30am mis-Savoy Bus Stop.

Nhar il-Ġimgħa hija l-festa tad-Duluri. Fis-6pm ikunhemm quddiesa u wara purċissjoni li ser tgħaddi minn dawn it-toroq: S. Trofimu, S. Ġwann Battista, Rudolfu, S. Marija, Manwel Dimech, S. Gwann Battista u lura fil-Knisja.

Ir-residenti huma mħeġġa biex iżejnu l-galleriji bid-dawl. Fid-dħul ikun hemm Quddiesa oħra.

Il-Ħadd li ġej jaħbat Ħadd il-Palm. Fid-9.15am ilkoll niltaqgħu ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali biex nieħdu sehem fit-tberik taż-żebbuġ u wara f-korteo sal-Knisja. Fid-9.30am issir Quddiesa animata mit-tfal.

Minn ħdejn il-bibien tal-Knisja tistgħu tiġbru programm bil-funzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa. Innutaw sew il-ħinijiet tal-funzjonijiet.

Il-ġabra speċjali tax-xahar kienet ta’ €567.67. Grazzi ħafna tal-ġenerożita tagħkom.

………………………..

Attivitajiet tal-Festa

Bejn is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin fuq iz-zuntier ser ikun hemm għal bejgħ qagħaq u figolli. Nhar id-Duluri ser titbierek u tinfetah wirja sagra fil-Każin tal-Banda. Araw il-programm sħiħ fin-notice board.