Fr Alex Borg OFMĦamis : Fil-5.00pm Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina. Fis-6.30pm Lectio Divina.

Ġimgħa : L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6.30pm Adorazzjoni komunitarja. Fis-7.30pm fiċ-Ċentru Parrokkjali ser issir laqgħa tar-Randan għall-membri tal-Kummissjoni Festi.

Ir-reġistrazzjoni tal-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza, li ser issir fiċ-Ċentru Parrokkjali nhar il-Ħadd 13 ta’ Marzu mid-9.00am sas-6.00pm, hi miftuħa kuljum wara l-quddiesa ta’ filgħaxija jew fil-ħinijiet tal-Uffiċċju Parrokkjali. Fost l-oħrajn, Dun Pawl Camilleri ser ikun disponibbli għall-Qrar u counselling bejn is-2.00pm. u s-6.00pm.

Nhar il-11 ta’ Marzu ser isir pellegrinaġġ penitenzjali għall-Kattidral tal-Imdina. Tluq fil-5.30pm mis-Savoy bus stop. Il-booking jista jsir mingħand Simlers’ Confectionery u Simianas’ Confectionery. Ser ikun hemm ċelebrazzjoni penitenzjali.

Ngħarrufukhom li P. Stephen Magro O.F.M. inħatar mill-Papa bħala Missjunarju tal-Ħniena u għalhekk jista’ jaħfer id-dnubiet riservati għas-Santa Sede. Huwa ser ikun disponibbli kull nhar ta’ Ġimgħa fil-knisja tagħna ta’ S. Marija ta’ Gesu, ir-Rabat, bejn is-6.30 pm u t-8.00 pm.

………………….

Min għadu ma melhiex u ġab il-formula taċ-ċensiment parrokkjali, jista jiġbor waħda minn ħdejn il-bieb tal-knisja jew mill-Uffiċċju Parrokkjali biex jimlieha.
………………….

Il-ġabra tas-Seminarju laħqet is-somma ta’ €700. Grazzi mill-qalb.
…………………
proxy
Stella Farrugia twieldet għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.