Nhar il-Hamis, 11 ta’ Frar, fl-okkazzjoni tal-Festa tal-Madonna ta’ Lourdes, il-Quddiesa tad-disgha ser tkun iddedikata lill-Anzjani. Ikun amministrat is-Sagrament tal-Grizma tal morda.

fmgqmwbz4y1oj8zvm2mfqwk1aklJekk xi hadd jixtieq ikollu t-trasport icempel fuq wiehed minn dawn in-numri;

Vivienne Mahoney 21313527 – 79054680

Lina Tonna 21339196 – 99844177

morda1

Alla l-Missier baghat lil Ibnu stess, Gesù Kristu, biex jifdi ’l-bniedem. Kristu ha n-natura ta’ bniedem biex juri u jwassal l-imhabba tassew b’mod shih lil kull bniedem. Minn hawn naraw li l-missjoni ta’ Kristu kienet li jwassal il-Bxara t-Tajba billi jghallem u jfejjaq.

Kristu halla l-istess missjoni tieghu lill-Knisja, li waqqaf huwa stess, biex tkompli l-hidma tat-taghlim u l-fejqan tal-bniedem. “U dawn huma s-sinjali li jsiehbu lil dawk li jemmnu: f’ismu jkeccu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna godda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jgib il-mewt ma jaghmlilhomx hsara; iqieghdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu” (Mk 16: 17-18). Dan kollu sar u ghadu jsir permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu. Kristu waqqaf is-sagramenti fil-Knisja biex din tkompli dan is-servizz lill-umanità kollha.
Fost dawn is-sagramenti li waqqaf Kristu nsibu s-Sagrament tad-Dlik tal-Morda biex iwassal il-fejqan fir-ruh u l-gisem tal-bniedem. Dan is-sagrament jissemma fil-prattika tieghu darbtejn. Jissemma fl-Evangelju ta’ San Mark: “U sejjah it-Tnax, u beda jibghathom tnejn tnejn… Hargu mela jxandru biex in-nies jindmu; u keccew bosta xjaten, u dilku hafna morda biz-zejt u fejquhom” (Mk 6: 7. 12-13). Jissemma wkoll fl-ittra ta’ San Gakbu: “Hemm xi hadd marid fostkom? Halli dan isejjah lill-presbiteri tal-Knisja; u halli dawn jitolbu ghalih u jidilkuh biz-zejt f’isem il-Mulej: it-talba tal-fidi ssalva lill-marid, u l-Mulej iqajmu; u jekk ikun ghamel xi dnubiet jinhafrulu. Stqarru wiehed lill-iehor in-nuqqasijiet taghkom u itolbu ghal xulxin, biex hekk tfiqu. It-talba tal-bniedem gust maghmula bil-herqa ghandha qawwa kbira” (Gk 5:14-16).

Minn hawn nindunaw kemm b’dan is-sagrament, Kristu jaghti attenzjoni lill-bniedem bhala persuna marida. Jghid San Mattew: “Gesu dar l-ibliet u l-irhula kollha jghallem fis-sinagogi, ixandar il-Bxara t-tajba tas-Saltna, u jfejjaq kull xorta ta’ mard u ’l kull min kien nieqes minn sahhtu” (Mt 9: 35).

morda2

It-Tifsira tas-Sagrament tad-Dlik tal-Morda ghaddiet minn xi tibdil maz-zmien. Sa l-ewwel tmien mitt sena, skond il-kitbiet ta’ Missirijiet il-Knisja, l-Ewwel Ghalliema tal-Knisja, u l-Hajjiet tal-Qaddisin, kienet issir id-Dilka lill-morda. Izda, mis-seklu 9 sal-Koncilju ta’ Trentu, fis-seklu 16, kien hemm bidla kbira l-aktar dwar min kellu jircievi das-sagrament. B’hekk bdiet l-idea li d-Dilka ssir lil dawk il-persuni li jkunu waslu biex imutu. Ghalhekk dan is-sagrament beda jissejjah ‘l-Ahhar Dilka’ (estrema unzjoni) lil dawk li jkunu sa jmutu. Dan ifisser, li beda l-hsieb li l-effett principali tas-Sagrament ma baqax aktar il-fejqan tal-persuna izda sar preparazzjoni ghad-dhul fil-glorja tal-genna tal-persuna wara li tmut.

Imbaghad, mill-Koncilju ta’ Trentu sal-Koncilju Vatikan it-Tieni, is-Sagrament tad-Dlik tal-Morda rega’ beda jigi skopert bil-mod il-mod. Issa ma baqax jinghata lil dawk ‘biss’ li sa jmutu izda ‘specjalment’ lilhom. Ghaldaqstant il-Koncilju Vatikan II biddel isem is-sagrament minn ‘l-Ahhar Dilka’ ghas-‘Sagrament tad-Dlik tal-Morda.’ Din hija t-tifsira proprja ta’ dan is-sagrament.

Illum il-gurnata l-Knisja hija cara fit-taghlim taghha dwar dan is-sagrament. Hi tghallem li d-Dlik tal-Morda huwa sagrament ta’ fejqan u ta’ ghajnuna lill-persuna marida aktar milli rit ta’ talb qabel ma din tmut. Alla dejjem irid ifejjaq. Huwa biss jaf meta, kif u fejn.

Bis-Sagrament tad-Dlik tal-Morda, il-persuna marida ghandha c-cans tirrifletti fuq il-hajja spiritwali taghha ghaliex tkun tista’ tithejja sewwa ghas-sagrament tal-qrar, jew ukoll ghax is-sagrament mhux biss jista’ jfejjaq fizikament izda qabel xejn spiritwalment bil-mahfra tad-dnubiet. Dan ghaliex, bhas-sagramenti l-ohra, hemm il-Grazzja ta’ l-Ispirtu s-Santu, li f’dan il-kaz tinghata lill-marid. B’din il-grazzja tas-Sagrament il-persuna tigi mghejjuna b’mod shih u tikber fil-fidi, waqt li tissahhah kontra kull tentazzjoni tax-xitan u l-ansjetà tal-mewt. B’hekk, il-persuna marida tkun tista’ tghix ahjar iz-zmien tal-marda taghha.

Bl-effett ta’ dan is-sagrament il-persuna marida tkun tista’ tifhem ahjar is-sens tat-tbatija fizika, kif insibuh imfisser fl-ittra ta’ San Pawl lill-Kolossin: “Jien issa nifrah bit-tbatijiet tieghi minhabba fikom, ghaliex bihom jiena ntemm f’gismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu ghall-gisem tieghu li hu l-Knisja” (Kol 1: 24).

morda3

Is-Sagrament tad-Dlik tal-Morda jigi ccelebrat diversi drabi fl-isptarijiet. Illum, l-idea popolari hija li persuna marida li ma tkunx tiflah sew tittiehed l-isptar biex isiriha minn kollox. Minn naha l-ohra, insibu xi ghaqdiet religjuzi li jzuru lill-morda fid-djar taghhom u jissuggerulhom dan is-Sagrament; huma jsibulhom sacerdot biex jamministralhom dan is-Sagrament f’darhom stess. Jigri wkoll li mhux l-ewwel darba fit-thejjija ghall-festa tal-parrocca tigi ccelebrata l-quddiesa ghall-morda u x-xjuh, li fiha jigi amministrat lilhom dan is-sagrament.

Il-persuna li tkun sa tircievi s-Sagramaent tad-Dlik tal-Morda ghandha tithejja biex tircievih billi tinghata taghrif siewi dwar it-tifsira tas-sagrament u kif jigi amministrat. Ghaliex dan is-sagrament, meta jigi amministrat fid-djar jista’ jkun imsieheb mal-qrar, u gie li wkoll isir it-tqarbin f’ghamla ta’ vjatku.

Is-Sagrament tad-Dlik tal-Morda, huwa rrakomandat li jigi amministrat fil-prezenza tal-qraba u l-hbieb ta’ min ikun sa jircievih, u ta’ dawk li jkunu qed jghinu lill-persuna marida. Is-sens ta’ dan huwa, li flimkien mal-fidi tas-sacerdot li jkun sa jamministra s-sagrament u tal-fidi tal-persuna marida, tizdied l-intercessjoni tat-talb ta’ dawk li jkunu prezenti. Ghaldaqstant, hi haga tajba li l-qraba u n-nies ta’ madwar il-persuna marida jkunu pperparati u infurmati huma wkoll dwar dan is-sagrament. F’kaz li l-persuna tkun marida serjament, is-sacerdot ghandu jissejjah minn qabel biex il-persuna tkun tista’ tithejja sew biex tircievi s-Sagrament tad-Dlik tal-Morda bil-fidi u d-devozzjoni.

Dawk li jistghu jircievu s-Sagrament tad-Dlik tal-Morda huma: dawk li ghandhom certa età avvanzata meta tonqos is-sahha, u dawk li jkollhom xi marda li twassal ghall-mewt jew li jkunu waslu biex imutu. Is-Sagrament tad-Dlik tal-Morda jista’ jigi amministrat ukoll qabel xi operazzjoni serja; sahansitra meta dak li jkun jintilef minn sensih jew jitlef ir-raguni, ghaliex bhala Nisrani, kieku baqa’ f’sensih, seta’ jitlob dan is-sagrament. Jekk is-sacerdot, meta jsejhulu, ma jkunx cert jekk il-persuna hijiex mejta, jista’ jamministra dan is-sagrament taht kundizzjoni.

Insibu wkoll, li s-Sagrament tad-Dlik tal-Morda jista’ jerga’ jigi amministrat jekk il-persuna marida tirkupra mill-marda u mbaghad terga’ timrad, jew jekk waqt iz-zmien ta’ l-istess marda, wara certu zmien, il-persuna tiggrava fil-marda taghha.

Dan kollu ghandu jservina biex nifhmu ahjar is-sens ta’ dan is-Sagrament tad-Dlik tal-Morda fil-hajja tan-Nisrani.