Illum (Ħadd) fis-7.15 pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.
It-Tlieta: Fis-7.00 pm jiltaqa’ l-kor parrokkjali.
Il-Ħamis: Festa ta’ S. Kjara t’ Assisi. Ningħaqdu fit-talb ma’ ħutna s-Sorijiet Klarissi. Fis-7.00 pm Lectio Divina għal kulħadd.
Fid-19 tax-xahar id-Djakonija Tfal se torganizza jum ġewwa Popeye’s Village għat-tfal u l-ġenituri. Booking sa’ nhar l-14 tax-xahar.
………………………..
Attivitajiet b’risq il-festa
Illum, waqt il-ħin tal-quddies, fuq iz-zuntier se jkun hemm bejgħ ta’ frott u ħaxix. Nhar il-Ġimgħa fit-8.00 pm ser jsir BBQ BINGO ġewwa l-Każin. Prezz €12. L-Erbgħa t-tombla ssir bħas-soltu. Nhar it-Tlieta 23 t’Awwissu ser issir ħarġa għal Għawdex. Dettalji mingħand Brian Vigar.
………………………..
Denis Soler twieled għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments