1. It-Tnejn 10 ta` Frar, il-Festa ta` San Pawl hemm l-obbligu tal-Quddies,il-ħinijiet bħal tal-Ħadd.
Għal min qed jisma` l-Quddies illum, il-Quddiesa t’għada/il-lejla filgħaxija tkun tgħodd għat-Tnejn,
jum il-Festa.
2. It-Tnejn 10 ta` Frar fl-10.00am Coffee Morning b’risq il-Manutenzjoni tal-Knisja fiċ-Ċentru
Sant’Antnin.
Donazzjoni ta` €15 kollox inkluż.
Dakinhar fil-għaxija, l-Uffiċċju Parrokkjali ma jiftaħx u ma jkunx hemm lezzjonijiet tal-Katekiżmu.
3. It-Tlieta 11 ta` Frar, tifkira tal-Madonna f’Lourdes u Jum iddedikat lill-Anzjani u l-Morda.
Inħeġġukom tirċievu s-Sagrament tal-Griżma tal-Morda fil-Quddiesa tad-9.00am.
4. It-Tlieta ukoll, l-O.F.S. jiltaqgħu wara l-Quddiesa tas-6.30pm ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Peter Darmanin jitkellem dwar “Ejjew għandi li tinsabu mtaqqlin”.
Kulħadd mistieden.
5. Il-Ħamis 13 ta` Frar fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.
6. Is-Sibt 15 ta` Frar, il-Grupp tal-Preteens se jorganizza Movie and Pizza Night fis-6.30pm fiċ-Ċentru Sant’ Antnin.
Donazzjoni: it-tfal €4.50 u l-Adulti €6.00
Booking sa mhux aktar tard mit-Tlieta 11 ta` Frar mingħand Fr Joe; mill-Bookshop tal-Knisja jew mingħand il-helpers tal-grupp.
7. Is-Sibt 22 ta` Frar, l-għaqda volontarja “Ħbieb tas-Santwarju” se jlaqqgħu l-membri għal Laqgħa Annwali Ġenerali fid-9.30am ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Ġentilment infakkru l-membri jħallsu l-miżata ta` €25 tas-sena 2025.
Dawk li għad ma ħallsux tas-snin ta` qabel mħeġġin iħallsu sa qabel il-laqgħa lis-Sur Francis Cuschieri, teżorier.
8. Il-Ħamis 27 ta` Frar se norganizzaw Ħarġa għas-Suq taż-Żurrieq, wara nieklu Wied-iż-Żurrieq.
Tluq mis-Savoy Bus Stop fit-8.15am. Donazzjoni għat-trasport €10.
Booking mingħand Margaret Cini u Marianne Bonaci.
9. Il-Ġabra Speċjali li saret b’risq is-Santwarju kienet €3,080.07. Grazzi mill-qalb tal-ġenerożita`.
10. Sal-Ħamis 27 ta` Frar qed jintlaqgħu l-applikazzjonijiet on-line għad-dħul tat-tfal fl-iskejjel tal-Knisja. Aktar dettalji fil-website tad-Djoċesi.
11. Matul din il-ġimgħa Ronald Micallef u Maria Lourdes Bonett għaddew għall-ħajja ta` dejjem.
Agħtihom Mulej il-Mistrieħ ta` dejjem….
P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan
Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta
Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433
0 Comments