F’isem il-Fraternità Franġiskana u dik parrokkjali, nawguraw lil kulħadd u Grazzi mill-qalb lil dawk kollha tul dawn il-jiem li għaddew b’xi mod għenu il-Għid it-Tajjeb biex il-funzjonijiet u l-attivitajiet irnexxew.

Fr Alex Borg OFMMinn nhar it-Tnejn il-Quddiesa ta’ filgħaxija ser tibda tkun fis-6.30pm.

Il-Ħamis : Fil-5.30pm – Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina. Fis-7.00pm Lectio Divina.

Il-Ġimgħa : L-ewwel Ġimgħa tax-Xahar. Adorazzjoni fis-7.00pm.

Il-Ħadd li ġej niċċelebraw l-FESTA TAL-ĦNIENA DIVINA. Adorazzjoni fil-5.30pm u wara Quddiesa fis-6.30pm.

Qed jsir appell liż-żagħażagħ ta’ ‘l fuq minn 18-il sena biex jagħmlu esperjenza mas-Sorjiet ta’ Mother Tereza f’Bormla mat-tfal fix-xahar ta’ Lulju. Min jrid aktar tagħrif ikellem lil Kappillan.

…………………………………….
Attivitajiet tal-festa

BINGONhar il-Ħamis fis-7.30pm ser jsir bingo speċjali tal-Għid. Ikun hemm rigali għal kulħadd. Il-bingo tal-Erbgħa ser isir bħas-soltu. Nhar il-Ġimgħa 11 ta’ April ser issir ikla italian night

ġewwa l-Każin. Prezz €12 u l-biljetti mil-Każin. Is-Sibt 4 ta’ Ġunju ser issir mawra ġewwa Sqallija. Dettalji fuq in-noticeboard jew kellmu lil Brian Vigar

Bdew jinġabru l-affarijiet għal bazaar li ser isir fl-aħħar t’April. Min għandu xi affarijiet jista’ jċempel fuq in-numru li hemm fin-noticeboard.

…………………………………….
b5a08a2e-e8e8-4d36-8449-197146a8a7c7
L-Arċisqof Emeritus Mons. Guzeppi Mercieca u Anastasia Galea (omm il-Gwardjan P. Pawl)

twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.