Bl-akbar dispjaċir ninfurmawkom li s-Soċjeta tal-M.U.S.E.U.M. għarrfitna li se ttemm il-preżenza tagħha fil-parroċċa tagħna. Filwaqt li nirringrazzjaw lil tant soċji li ħadmu tul dawn l-aħħar 101 sena, ninfurmawkom ‘il quddiem dwar it-tagħlim tal-Katekiżmu tas-subien.
………………….
>Matul din il-ġimgħa l-Provinċja tagħna se torganizza Żjara Franġiskana ġewwa l-Parroċċa ta’ S. Ġuzepp Ħaddiem, B’Kara. Nitolbu lil Alla biex joħroġ ħafna ġid.
Il-Ħamis: Fis-7.00 pm Lectio Divina għal kulħadd.
Nfakkrukom li kull nhar ta’ Erbgħa u s-Sibt qed jiġu organizzati attivitajiet għat-tfal kollha.
Aktar dettalji qed jidhru fin-noticeboard.
………………….
Għall-grazzja t’Alla tlesta x-xogħol fuq il-kampnari u qed jitkompla dak ta’ fuq il-bibien tal-knisja. Dan kollu qed ssir grazzi għall-ġenerorzita tagħkom.
………………….
Attivitajiet b’risq il-festa
Fuq iz-zuntier qed issir lotterija b’risq il-festa. Tistgħu tiġbru wkoll il-programm tal-ġita għal Ruma u Assisi. Nhar il-Ġimgħa se jsir BBQ ġewwa l-bitħa tal-kunvent. Prezz €12, li jinkludi l-ikel u x-xorb u tfal taħt 12-il sena b’xejn. Booking mingħand Brian Vigar.
………………….
Edward Agius twieled għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.
0 Comments