Fr Alex Borg OFMIllum qed niċċelebraw l-JUM IL-MISSJONI. Noffru t-talb, speċjalment għall-missjunarji tal-Provinċja tagħna, u l-għajnuna finanzjara. Ħdejn il-bibien tal-knisja tkunu tistgħu tabbonaw fil-Malta Missjunarja.

L-Erbgħa : Fis-7.00pm se ssir laqgħa importanti fiċ-Ċentru Parrokkjali għall-ġenituri biss tat-tfal li bħalissa qed jattendu l-laqgħat tal-Katekiżmu. Se jkun hemm preżenti wkoll il-Katekisti.

Il-Ġimgħa : Ħutna Fra Clive Camilleri O.F.M. u Fra Ramon Farrugia O.F.M. se jiġu ordnati djakni.

Nitolbu għalihom u nawgurawlhom!!!

Is-Sibt : Fid-9.15am se jsir laqgħa importanti, organizzata mill-Unita 10, fiċ-Ċentru Parrokkjali tal-Balluta għal dawk kollha li qed jaħdmu fil-bosta appostolati tal-Parroċċi tagħna. Għalhekk nixtiequ li dawk kollha, li b’mod speċjali jaħdmu fil-Parroċċa tagħna f’dan il-qasam, jgħamlu ħilithom kollha biex jkunu preżenti.

Il-Ħadd li ġej (30) fis-Seminarju tal-Virtu se jsir il-Ġublew tal-Familja mit-8.30 am sas-7.00pm. Se jkun hemm attivitajiet għal kulħadd. Aktar tagħrif qed jidher fin-noticeboard.

Ħdejn il-bibien tal-knisja jsibu l-folja biex tiktbu l-mejtin tagħkom, li għalihom se noffru l-Quddiesa kuljum tas-6.00pm f’Novembru li ġej. Agħmluha ġo envelop flimkien mal-offerta u itfghawhom ġol-kaxxa li hemm ħdejn il-pulptu.

………………………………………
2Attivitajiet tal-festa

Bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd qed jittella’ l-bazaar fis-Sala Padova bejn it-8.00am u t-8.00pm. L-istess se jiġri fit-tmiem il-ġimgħa d-dieħla. Hemm ħafna affarijiet ġodda.