Posts from 2025

1120 of 45 items

IL-HAMSA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 21 TA’ SETTEMBRU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħadd 21 ta` Settembru, tkompli r-Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu bejn l-10.15am u 12.00pm. 2. It-Tnejn 22 ta` Settembru, fis-7.00pm jiltaqa` l-Kunsill Pastorali Parrokkjali, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 3. It-Tlieta 23 ta` Settembru, fis-6.00pm jiltaqgħu l-Ushers ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 4. It-Tlieta 23 ta` Settembru, fis-7.00pm jiltaqgħu l-O.F.S., għal laqgħa minn Peter Darmanin, bit-tema “Laudato Si”, ħdejn l-Uffiċċju […]

L-EZALTAZZJONI TAS-SALIB IMQADDES – IL-HADD, 14 TA’ SETTEMBRU 2025

by Administrator

1. It-Tnejn 15 ta` Settembru, fis-6.00pm laqgħa importanti għall-Katekisti kollha li din is-sena qed jerġgħu joffru s-servizz għat-tagħlim lit-tfal tal-Parroċċa. Nirringrazzjawhom għal dan l-impenn, tant bżonnjuż. Niltaqgħu ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 2. L-Erbgħa 17 ta` Settembru, il-Festa ta` San Franġisk fl-Għoti tal-Istimmati Mqaddsa fuq l-Għolja tal-Verna. Fis-6.30pm il-Quddiesa li fiha ssir l-Adorazzjoni tas-Salib. 3. Il-Ħamis 18 […]

IT-TLIETA U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 7 TA’ SETTEMBRU, 2025

by Administrator

1. Illum il-Ħadd 7 u l-Ħadd li ġej 14 ta` Settembru, tkompli r-reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu bejn 10.15am u 12.00pm. Aktar dettalji dwar il-katekiżmu, fin-Notice Boards tal-Knisja.   2. Illum 7 ta` Settembru, jiġi kkanonizzat Carlo Acutis, li għandna x-xbieha tiegħu fl-Altar ta` San Ġilormu. Hu l-Qaddis żgħażugħ li spira ħafna żgħażagħ biex jersqu lejn Ġesu` […]

IT-TNEJN U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-31 TA AWWISSU, 2025

by Administrator

1. It-Tnejn 1 ta` Settembru, tibda r-Reġistrazzjoni tat-tfal għall-Katekiżmu 2025/2026 bejn il-5.00pm u s-7.00pm. Ir-Reġistrazzjoni tkompli l-Ħadd 7 u l-Ħadd 14 ta` Settembru mill-10.15am sa 12.00pm. Inħeġġu l-ġenituri/gwardjani biex jaqdu dan id-dmir lejn it-tfal tagħhom. Aktar dettalji dwar il-katekiżmu, fin-Notice Boards tal-Knisja. 2. Il-Ħamis 4 ta` Settembru, bħal kull Ġimgħa jkun hawn l-Adorazzjoni fis-6.00pm. 3. […]

IL-WIEHED U GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD 24 TA’ AWWISSU, 2025

by Administrator

1. It-Tnejn 25 t’Awwissu, fis-7.00am nitilqu għal Għawdex mis-Savoy Bus Stop. Illum l-aħħar ċans biex tibbukkjaw. Donazzjoni ta` €30, kollox inkluż minbarra l-vapur. 2. Il-Ħamis 28 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni. 3. Sal-Ħadd 31 t’Awwissu, min jixtieq jista` joffri d-donazzjoni b’risq il-familja li kellha l-inċident tal-ħruq tad-dar tagħhom fi Triq Rudolfu. Avviċinaw lill-Kappillan jew lil […]

L-GHOXRIN HADD TAS-SENA – IL-HADD, 17 TA’ AWWISSU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħamis 21 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni. 2. Il-Ġimgħa 22 t’Awwissu, Bingo Night b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju, fis-7.00pm, fiċ-Ċentru Sant` Antnin. Donazzjoni ta` €20 li tinkludi l-ikel, xorb u t-tombla. 3. It-Tnejn 25 t’Awwissu, il-Ħarġa għal Għawdex. Nitilqu fis-7.00am mis-Savoy Bus Stop. Għadkom tistgħu tibbukkjaw mingħand Margaret Cini. Donazzjoni ta` €30, kollox inkluż minbarra l-vapur. […]

ID-DSATAX IL-HADD TAS-SENA – IL-HADD, 10 TA AWWISSU, 2025

by Administrator

1. It-Tnejn 11 t’Awwissu, niċċelebraw il-Festa ta` Santa Klara t’Assisi, il-persuna li ssieħbet ma` San Franġisk biex bil-kariżma tat-talb fil-klawsura, ikunu ta` tama u faraġ għas-soċjeta`. Nitolbu għas-Sorijiet ta` Santa Klara li jgħixu fil-Monasteru f’San Ġiljan, biex jipperseveraw fil-missjoni tagħhom ta` talb u biex ikollhom aktar vokazzjonijiet. 2. Il-Ħamis 14 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni. […]

IT-TMINTAX IL-HADD TAS-SENA – IL-HADD, 3 TA’ AWWISSU, 2025

by Administrator

1. Illum il-Ħadd, 3 t`Awwissu, fil-Quddiesa tad-9.30am, 3 itfal ta` ġenituri parruċċani tagħna li jgħixu barra minn Malta, se jagħmlu l-Ewwel Tqarbina fil-Parroċċa. Inżommuhom fit-talb tagħna u nawgurawlhom. 2. Il-Ħamis 7 t` Awwissu, fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni. 3. Bħala Kommunita` Parrokkjali ningħaqdu mal-Provinċja Franġiskana, fit-talb u xewqat ta` saħħa, għal aktar ħidma favur il-paċi u l-immarġinati […]

IS-SBATAX IL-HADD TAS-SENA – IL-HADD, 27 TA’ LULJU, 2025

by Administrator

1. Il-Ħamis 31 ta` Lulju fis-6.30pm ikun hawn l-Adorazzjoni. 2. Il-Ġimgħa l-1 t’Awwissi, l-Ewwel Ġimgħa tax-Xahar, il- Patrijiet iżuru u jqarbnu l-anzjani u l-morda fid-djar tagħhom. 3. Mill-Ġimgħa 1 t’Awwissu, filgħaxija, sas-Sibt 2 t’Awwissu, niċċelebraw mal-Ordni Franġiskan, il-Festa tal-Maħfra tal-Porzjunkola, f’Jum id-dedikazzjoni tal-Bażilika u Santwarju ta` Santa Marija, Sultana tal-Anġli, f’Assisi. Fil-Quddies nitolbu l-Grazzja tal-Indulġenza […]

FESTA TAS-SULTANA TAGHNA TAL-QALB TA’ GESU – IL-HADD,6 TA’ LULJU, 2025

by Administrator

1. Illum il-qofol tal-Festa tas-Sultana Tagħna. Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk kollha li b’xi mod jew ieħor offrew l-għajnuna, ħadu sehem u kienu presenti għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Festa fis-Santwarju w fit-triqat, infakkru li fit-8.30am ikun hawn il-Pontifikal mill-E.T. Mons. Sandro Overend Rigillo O.F.M. bil-Paniġierku minn Mons. Pawlu Vella. Quddies ieħor jsir fis-7.00am; fil-11.00am u fis-6.00pm. Inħeġġukom tingħaqdu […]