Posts from December 2024

5 Items

IL-FAMILJA MQADDSA TA’ GESU – IL-HADD 29 TA’ DICEMBRU, 2024

by Administrator

1. It-Tlieta, l-aħħar jum tas-Sena, Jum ta` Radd il-Ħajr, issir l-Adorazzjoni fis-skiet bejn id-9.30am u 12.00pm. Fil-5.00pm il-Quddiesa u tkompli l-Adorazzjoni mis-6.00pm sal-Quddiesa tas-6.30pm, l-aħħar Quddiesa għas-Sena. Fiha nkantaw it-Te Deum. 2. Nhar l-Erbgħa l-Ewwel Jum tas-Sena 2025, il-Quddies ikun bħal tal-Ħdud, dak inhar issir il- Ġabra b’risq id-Dar tal-Providenza. Bl-offferta ġeneruża tkunu qed tapprezzaw […]

IR-RABA’ HADD TAL-AVVENT – IL-HADD, 22 TA’ DICEMBRU, 2024

by Administrator

1. It-Tnejn 23 ta` Diċembru, timtemm in-Novena tal-Bambin. 2. It-Tlieta 24 ta` Diċembru, Lejlet il-Milied. Il-Quddiesa tal-5.00pm ma ssirx, jkun hawn biss dik tas-6.30pm. Il-Knisja terġa` tiftaħ għaċ-Ċelebrazzjoni tal-Lejl tal-Milied fit-8.30pm. Fid-9.00pm tibda l-Velja bis-sehem tal-Pre-Teens u l-Kor tat-Tfal. L-abbati Luke Simiana jagħmel il-Priedka tal-Milied. Fl-10.00pm il-Quddiesa Solenni tal-Milied. Wara l-Quddiesa, fil-Każin Banda Sliema, l-Pre-Teens […]

L-EWWEL HADD TAL-AVVENT – IL-HADD, 1 TA’ DICEMBRU, 2024

by Administrator

1. It-Tlieta 3 ta` Diċembru, wara l-Quddiesa tas-6.30pm issir il-laqgħa tal-O.F.S. ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali minn P.Julian Sammut O.F.M.. Kulħadd mistieden 2. Il-Ħamis 5 ta` Diċembru fis-6.00pm issir l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina. 3. Il-Ġimgħa 6 ta` Diċembru, l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar, il-Patrijiet iżuru u jqarbnu l-anzjani u morda fid-djar. 4. Il-Ġimgħa 6 u s-Sibt 7 ta` […]

IT-TIELED HADD TAL-AVVENT – ILK-HADD, 15 TA’ DICEMBRU, 2024

by Administrator

1. Matul din il-ġimgħa nkomplu bin-Novena tal-Bambin. Fis-6.00pm Rużarju quddiem Ġesu` Sagramentat Espost u l-Quddiesa bl-Omelija fis-6.30pm. 2. It-Tnejn 16 ta` Diċembru jiltaqgħu l-Ushers wara l-Quddiesa tas-6.30pm. 3. It-Tlieta 17 ta` Diċembru, l-Grupp tat-Talb Padre Pio jiltaqgħu fil-Parroċċa ta` Stella Maris fl-4.30pm. 4. Il-Laqgħat tal-O.F.S., se jkomplu wara l-Milied. Il-membri mħeġġa jieħdu sehem fiċ-Ċelebrazzjonijiet tan-Novena […]

FESTA TA’ L-IMMAKULATA KUNCIZZJONI – IL-HADD, 8 TA’ DICEMBRU, 2024

by Administrator

1. Illum qed isir il-bejgħ tal-Ponzjetti fuq iz-Zuntier. Fl-okkazjoni ta` “Jum il-Ħajja” fil-Parroċċa hawn rappresentant tal-Life Network Foundation iqassam xi materjal b’tagħrif dwar il-ħidma tal-Fondazzjoni. 2. It-Tnejn 9 ta` Diċembru fid-9.30am, il-laqgħa tal-Fratelli tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. 3. It-Tlieta 10 ta` Diċembru issir l-aħħar Żjara lill-familji tal-Parroċċa. Nirringrazzjawkom li lqajtuna u konvinti li kienu ta` […]