Fr Alex Borg OFMIllum il-Hadd, qed niċċelebraw JUM IT-TAGĦLIM NISRANI. Fil-quddiesa tad-9.30am il-Katekisti se jirċievu l-mandat. Il-ġenituri flimkien mat-tfal huma mistiedna biex jkunu xhieda ta’ dan.

Fis-7.15pm se jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.

It-Tnejn : Jibdew il-laqgħat tal-Katekiżmu.

It-Tlieta : Solennita ta’ Misserna S. Franġisk t’ Assisi.

Fis-7.00pm laqgħa tal-O.F.S.

L-Erbgħa : Fid-9.30am se jerġgħu jibdew l-laqgħat għall-Anzjani fiċ-Ċentru Parrokkjali. Fis-6.30pm Quddiesa b’ċelebrazzjoni penitenzjali komunitarja.

Il-Ħamis : Fil-5.30pm Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina u wara Quddiesa bis-sehem tal-membri tal-O.F.S.

mons-cremonaIl-Ġimgħa : L-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fis-6.30 pm ċelebrazzjoni tal-mewt ta’ Missierna San Franġisk u Quddiesa mmexxija mill-Arċisqof Emeritus Mons. Pawl Cremona O.P. Kulhadd huwa mistieden.

Is-Sibt : Fid-9.00am ikomplu l-attivitajiet tat-tfal fiċ-Ċentru Parrokkjali. Wara l-Quddiesa tal-5.00pm se ssir purċissjoni, li se tgħaddi mit-toroq: San Trofimu, Santa Marija, Rudolfu, San Ġwann Battista u San Trofimu. Matulha se nitobu l-kuruna Franġiskana. Kulħadd huwa mistieden biex jattendi. Fis-6.45pm Quddiesa bis-Salmi.

Il-Ħadd li ġej (9): Il-quddiesa tal-11.00am se jsir fuq iz-zuntier bis-sehem tal-Kor Parrokkjali u l-Banda Sliema.

Wara se jsir it-tberik tal-annimali. Fis-1.00pm ikla tradizzjonali fil-bitħa tal-Każin. Prezz € 15.
………………………………….

Attivitajiet tal-festa

Fuq iz-zuntier qed ssir lotterija b’risq il-festa. Il-bazaar se jsir fl-aħħar 2 weekends t’Ottubru. Il-bookshop qed jinfetaħ fil-ħin tal-quddies tal-Ħadd.
………………………………….

goodbyelinneav2Yvonne Hawkins u Theresa Agius twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.