Fr Alex Borg OFMIllum fl-okkażjoni ta’ Jum il-Missier il-Kummissjoni Familja qed tistieden lill-missirijiet u l-familji tagħhom għall-quddies tad-9.30am jew tal-11.00am.

It-Tlieta: Fis-6.30pm inkomplu t-tberik u ż-żjarat fi Triq S. Duminku.

L-Erbgħa: Fid-9.00am il-Kummissjoni Anzjani ser organizza ħarġa. Biljetti jinkisbu mingħand il-membri tal-Kummissjoni. L-aħħar Erbgħa tal-Madonna ta’ qabel il-festa. Fis-6.30pm Quddiesa bi ħsieb u wara Barka Sagramentali. Wara jingħata l-mandat lir-reffiegħa.

Il-Ħamis: Fil-5.30pm Adorazzjoni u fil-5.45pm Vjaktu Solenni madwar it-toroq tal-Knisja.

Il-Ġimgħa: Fis-6.30pm Quddiesa b’ċelebrazzjoni penitenzjali.

Is-Sibt: Wara l-quddiesa tas-6.30pm il-Banda Sliema ser tilqa’ l-ħruġ tal-vara minn niċċa. Wara ser tiġi organizzata Festa Puttinu, fejn ser ikun hemm ikel u divertiment b’risq il-Puttinu Cares Foundation. Kulħadd huwa mħeġġeg biex jattendi u jgħin. Filgħaxija ser issir wirja ta’ mudelli ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Din il-wirja ser tibqa’ miftuħa sal-Ħadd.

Il-Ħadd: Qabel il-Quddiesa tad-9.30am ser isir korteo bl-istatwa tal-Madonna organizzata għat-tfal. It-tluq jkun fid-9.00am minn ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
…………………………..

Attivitajiet tal-festa

Brian VigarIt-tqassim tal-kotba tal-festa fid-djar spiċċa u l-envelope tal-festa jista’ jintefa’ fil-qoffa tal-ġbir.

Fuq iz-zuntier qed isir bejgħ ta’ gadgets tal-festa, fosthom bnadar għal mal-gallarji. It-tombla tal-Każin ser issir it-Tlieta minflok l-Erbgħa. Fl-okkażjoni tas-Sena tal-Ħniena ser isir pellegrinaġġ ta’ tlett ijiem ġewwa Ruma u Assisi. Aktar dettalji mingħand l-Patri Gwardjan jew Brian Vigar.
………………………….
proxy
Louis Pisani twieled għall-ħajja ta’ dejjem R.I.P.