Fr Alex Borg OFMIt-Tlieta: Fis-7.00pm ser jiltaqa’ l-Kor Parrokkjali u jitkomplew t-tberik u ż-żjarjat tal-familji fi Triq Viani.

Il-Ħamis: Fil-5.30pm ser ikun hawn Adorazzjoni, 6.30pm Quddiesa tal-ħin u fis-7.00pm Quddiesa Konċelebrata għar-ruħ omm P. Gwardjan.

Il-Ġimgħa: Fuq xewqa ta’ Mons. Arċisqof, il-Quddiesa tas-6.30pm ser ssir għar-ruħ Mons. Arċisqof Emeritus Ġuzeppi Mercieca.

Il-Ħadd li ġej (24) ser issir, kif jixtieq il-Papa Franġisku, ġabra speċjali għall-poplu tal-Ukrajina.

AVVIZ IMPORTANTI: Fit-30 t’April, fis-6.30pm ser issir Quddiesa ta’ ringrazzjament fejn ser jitqassmu wkoll iċ-ċertifikati lil dawk kollha li ħadu sehem fil-Maratona ta’ Talb, Sawm u Penitenza li saret f’Marzu. Għalhekk kull min ħa sehem f’din il-Maratona huwa mitlub li jattendi.
……………………..

Fit-30 t’April filgħodu ser issir ħarġa għall-Imdina għat-Tfal u l-Ġenituri. Trasport b’xejn. Aktar tagħrif jidher fin-noticeboard.

Il-ġabra speċjali għall-Knisja li saret fl-ewwel Ħadd ta’April kienet ta’ €430.96c. Grazzi ħafna.

……………………..

Fuq iz-zuntier qed ssir il-bejgħ ta’ frawli, frott u ħaxix.
……………………..

Nhar il-Ġimgħa fis-7.30pm ser issir ftira bingo night ġewwa l Każin. It-tombla tal-Erbgħa ser issir bħas-soltu.

Infakkrukom fl-affarijiet ta’ groceries għal bazaar, li tistghu tpoġġuhom fil-qfief li ssibu ħdejn il-bibien tal-knisja.

www.sacrocuorsliema.com