Fr Alex Borg OFMIl-Fraternita Franġiskana tirringrazzja mill-qalb lil kull wieħed u waħda minkom tal-presenza u s-sehem li tajtu fil-festi f’ġieħ Missierna San Franġisk.

It-Tnejn: Fl-4.30pm tluq mis-Savoy bus stop għall-pellegrinaġġ tal-Ġublew fl-Imdina organizzat mill-Provinċja tagħna. Dakinhar l-Uffiċċju Parrokkjali mhux se jiftaħ.

L-Erbgħa : Fid-9.30am se jinfetħu l-applikazzjonijiet għall-Kors ta’ Kana li se jibda fil-11 ta’ Jannar 2017. Fl-istess waqt jekk hawn xi koppji miżżewġin li jixtiequ jgħenu fil-Kors ta’ Kana, jekk joġgħobhom, jkellmu lil Kappillan.

Il-Ħamis : Fid-9.30am żjara lil-anzjani tar-Residenza S. Vinċens.

Il-Ħadd li ġej (23) se niċċelebraw l-ĠURNATA MISSJUNARJA. Noffru t-talb, speċjalment għall-missjunarji tal-Provinċja tagħna u l-għajnuna finanzjara. Din il-ġimgħa se jitqassmu l-

envelopes tal-Missjoni fid-djar tagħkom mill-helpers.
…………………………….

2Attivitajiet tal-festa

Bejn il-Ġimgħa u l-Ħadd se jitella’ l-bazaar fis-Sala Padova bejn it-8.00am u t-8.00 pm. L-istess se jiġri fil-ġimgħa ta’ wara. Għal dan il-għan tistgħu tpoġġu groceries biss fil-qfief ħdejn il-bibien tal-knisja.

…………………………….

b5a08a2e-e8e8-4d36-8449-197146a8a7c7

Mark Albert Vella, Carmena Farrugia u Giovanna Zahra twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.