It-Tnejn : Festa ta’ S. Antnin ta’ Padova. Fid-9.30am ser issir laqgħa għall-membri tal-Fratellanza tas-Sagrament ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali. Fis-6.30pm ser issir ukoll Quddiesa bis-Salmi. Wara jsir it-tberik u tqassim tal-ħobż ta’ S. Antnin.
It-Tlieta: Fis-6.00pm inkomplu t-tberik u ż-żjarat fi Triq S. Duminku.
L-Erbgħa: Infakkru li kull nhar t’Erbgħa fil-5.15pm qed jiltaqa’ l-grupp Pre-Teens fiċ-Ċentru Parrokkjali. Jitkomplew l-Erbgħat tal-Madonna ta’ qabel il-festa. Fis-6.30pm issir Quddiesa bi ħsieb u wara Barka Sagramentali.
Il-Ħamis: Fid-9.30am nitilqu mis-Savoy Bus Stop għaż-żjara lill-anzjani fir-Residenza ta’ S. Vinċens.
Il-Ġimgħa: Iċ-Ċentru Parrokkjali ser jorganizza laqgħa ta’ talb u formazzjoni fis-7.15 pm, bi tħejjija għal-festa, mill-Viġarju Ġenerali, Mons. Joe Galea Curmi, għal kull min hu impejnat fil-festa titulari. Nixtiequ li kulħadd jagħmel mill-aħjar li jista’ biex jattendi.
Nhar il-Ħadd li ġej (19 ta’ Ġunju) il-Kummissjoni Familja qed tistieden lill-missierijiet u l-familji tagħhom għall-quddies tad-9.30am jew tal-11.00am, meta jiġi ċċelebrat Jum il-Missier.
Id-Djakonija Tfal, matul is-sajf, ser jorganizza numru ta’ attivitajiet għat-tfal u l-ġenituri. Il-programm jista’ jinkiseb mill-Uffiċċju Parrokkjali.
…………………………….
Il-ġabra speċjali kienet €443.97. Grazzi ħafna tal-ġenerożita tagħkom.
…………………………….
Attivitajiet tal-festa
Din il-ġimgħa nkomplu nqasmu l-kotba tal-festa fid-djar u niġbru l-envelopes. Min ma jkunx id-dar nitolbuh li jwassal l-envelope billi jitfgħuh fil-qoffa tal-ġbir. Fuq iz-zuntier qed issir lotterija b’risq il-festa. Nhar il-Ġimgħa ser isir coffee morning fl-10.00am ġewwa l-Każin u l-prezz huwa €10, li jinkludi kollox.
…………………………….
May Decesare twieldet għall-ħajja ta’ dejjem R.I.P.
0 Comments