“Gheziez hbieb u huti fil-Fraternita,

Ghal darb’ohra illum ergajna ma nistghux niltaqghu u milli jidher se ndumu ma nergghu naraw lil xulxin.

Ikolli nistqarr li nimmissjakom hafna …… lil kull wiehed u wahda minnkom, b’dik il -harsa u tbissima individwali li taghmilkom specjali!

Nimmissja dik il-kikkra kafe (u xi gallettina!) waqt li naqsmu esperjenzi u xi cajta wkoll! Gheziez hbieb, dan hu zmien ta‘ prova.

Ejjew inpoggu l-harsa taghna fuq il-Mulej Gesu u nistqarru, “Jiena nemmen li inti qieghed hemm Mulej!

Ghaddejjin fid-dghajsa f’maltemp kbir u nharsu lejk donnok rieqed. Jiena nemmen li inti taf x’inhu ghaddej.

Jiena nemmen li meta jkun il-waqt Inti se tqum u twaqqaf it-tempesta, kif ghamilt ma l-appostli fil-qsim ta l-Ghadira.” ( Mark 4:35-40, Mattew 8:23-27, Luqa 8:22-25)

Sadanittant, ejjew nzommu l-harsa taghna ‘l fuq, b’tama u fidi fil-Mulej. Ejjew f’dan iz-zmien partikulari, meta d-dinja qisha waqfet mill-girja sfrenata ta’ materjalizmu, insibu ahna wkoll aktar hin ta’ skiet, ta’ riflessjoni biex insiru nafu lilna nfusna kif jarana l-Mulej. il-Hallieq u b’dixxerniment naslu nifhmu dak li qieghed jitlob minna. Il-Mulej iberikna,

Ommna Marija tipprotegina u S. Guzepp u Missierna S.Frangfisk iwensuna.

Pax et Bonum.

Pauline ofs