1. It-Tnejn 13 t’April, jerġgħu jibdew il-klassijiet tal-katekiżmu u jiftaħ l-Uffiċċju Parrokkjali.
Fis-7.00pm jiltaqa` il-Kunsill Pastorali Parrokkjali, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.


2. It-Tlieta 14 t’April, l-O.F.S. ikollhom il-laqgħa fis-7.00pm, minn Peter Darmanin:
“Qawmien Ġdid”, ħdejn l-Uffiċċju Parrokkjali.
Kulħadd jista` jattendi.

3. L-Erbgħa 15 t’April, fis-6.30pm se jkun hawn il-Quddiesa ta` Fejqan Spiritwali, mill-Kummissjoni kontra l-Okkult u s-Sataniżmu.

4. Il-Ħamis 16 t’April, fis-6.00pm l-Adorazzjoni u fis-7.00pm il-Lectio Divina.

5. Is-Sibt 18 t’April, se ssir Laqgħa Vokazzjonali għat-tfal u adoloxxenti subien bejn il-5.00pm u t-8.00pm, fil-Kunvent tagħna, r-Rabat.

6. Mill-ġimgħa d-dieħla se jibdew iż-żjajjar u t-tberik tal-familji li applikaw, kull nhar ta` Tlieta, l-Ħamis u l-Ġimgħa. Dawn iż-żjajjar jiġu ikkonfermati dejjem minn persuni awtorizzati mill-Kappillan, ġranet qabel.
Napprezzaw il-koperazzjoni tagħkom.

7. Fl-okkażżjoni tal-75 sena mill-Inkurunazzjoni tal-Kwadru Titulari tal-Madonna tal-Grazzja fis-Santwarju ta` Ħaż-Żabbar, ġejna mistiedna bħala Parroċċa biex nieħdu sehem u nanimaw il-Quddiesa tas-6.30pm, nhar l-Erbgħa 29 t’April.
Wara l-Quddiesa se nżuru l-Mużew tas-Santwarju.
Għal min jixtieq jiġi, se norganizzaw Trasport fil-4.45pm mis-Savoy Bus Stop.
Booking mingħand Margaret Cini. Donazzjoni €10.

8. L-ammont miġbur sal-Ewwel Ħadd t’April, mill-Ġabra Speċjali, donazzjonijiet u attivitajiet b’risq il-Manutenzjoni tas-Santwarju kien €6,035.
Napprezzaw u nirringrazzjawkom tal-ġenerożita` kontinwa tagħkom biex inkomplu l-ħidma li baqa` ssir.

9. Din il-ġimgħa għaddiet għall-Ħajja ta`Dejjem Ġiorġina Mizzi.
Agħtiha Mulej il-Mistrieħ ta` dejjem ……………..

P. Martin Coleiro O.F.M.
Kappillan/Gwardjan

Kappillan, Uffiċċju Parrokkjali Madonna tas-Sacro Cuor, Triq Dun Pawl Vella, Tas-Sliema SLM 1184. Malta

Tel: 2131 3505 MOB: 9924 0433