It-Tnejn, 30 ta’ Novembru, 2015

Avviz biex jinqara fil-quddies kollu nhar is-Sibt u l-Ħadd li ġejjin.

Filwaqt li nirringrazzjaw lil dawk li diġa mlew il-formola taċ-Ċensiment u tawhulna, nixtiequ nħeġġu lil kulħadd biex jikkopera billi jimla l-formola li ingħatat waqt il-quddies u jitfaħha fil-kaxxi li hemm ħdejn il-bibien tal-Knisja.

Dawk kollha li għandhom bżonn ta’ formola ġdida jew ma ħadux il-formola fil-weekend li għadda, huma mitluba biex jieħdu waħda mis-sagristija u wara li jimlewha, jitfawha fil-kaxxi li hemm ħdejn il-bibien tal-knisja.

Grazzi tal-kooperazzjoni.