Fraternita’ Frangiskana

Kull korrispondenza jew informazzjoni, għandha tintbagħt permezz ta’ email fuq: sacrocuorsliemawebsite@gmail.com

Tel: 356 99762775

Parroċċa: Ħinijiet tal-Quddies

Mit-Tnejn sal-Gimgħa: 6.30am; 7.30am; 9.00am; 6.30pm (Xitwa) 6.30pm (Sajf)
Is-Sibt: 6.30am; 7.30am; 9.00am; 5.00pm; 6.30pm
Il-Ħadd: 6.30am; 8.00am; 9.30am (Tfal); 11.00am; 6.30pm

Uffiċċju Parrokkjali:
It-Tnejn: mill-5.00pm sas-7.00pm
L-Erbgħa: mid-9.45am sal-11.45am

Tel: 21313505 (Parroċċa); Tel: 21331183 (Kunvent)
email: scparish@ofm.org.mt
website: http://sacrocuorsliema.com

Indirizz postali: St Francis Friary, Triq il-Karmnu, Sliema

Patri Pawl

Fr. Paul Galea OFM – Gwardjan u Sagristan Maġġur

Fr. Paul Attard OFM – Kappillan

Twieled fil-15 ta’ Marzu 1961.

Beda n-Novizzjat fl-1977 fil-Knisja ta’ Sant Antnin, l-Imgarr, Ghawdex.

Wara li studja l-filosofija u t-teologija,  gie Ordnat Sacerdot fis-7 ta’ Lulju 1985.

Hadem fic-Centru Terapawtiku tad-Drogati, u kompla l-Pastorali Sacerdotali tieghu gewwa Vittoria, Sqallija fil-Knisja Santa Maria delle Grazie, fejn hadem fost l-ohrajn mas-Sorijiet ta’ Mother Teresa. 

Kappillan tal-Parrocca Maltija-Kanadiza, St Paul the Apostle Church, f’Toronto.    

Lura Malta kellu l-kura Pastorali ghand is-Sorijiet Frangiskani ta’ Betanja fl-Imsida. Ghalliem u Chaplain fil-Kullegg ta’ De La Salle. 

‘Port Chaplain’ mall-Bahrin fuq il-vapuri l-Free Port u d-Dockyard. Rettur tal-Knisja ta’ Liesse il-belt Valletta u tal-Kappella tal-Harba tal-Egittu fil-Valletta Waterfront. 

6 snin bhala Rettur tal-Knisja ta’ Santa Marija tal-Angl, Bahar ic-Caghaq. 

Amministratur Parrokkjali b’effett mit-3 ta’ Lulju 2017, u Kappillan mit-3 ta’ Settembru 2017.

Patri Clive Camilleri OFM – Vici Gwardjan u Ekonomu

Fra Clive twieled tal-Pieta’ nhar id-29 ta’ Marzu 1982.

Daħal bħala Postulant fid-29 ta’ Settembru 2009.

Fis-6 ta’ Settembru 2010 ingħata t-tonka Franġiskana u wara għamel is-sena tan-novizzjat ġewwa is-santwarju franġiskan ta’ San Damjan ġewwa Assisi.

Fra Clive ofm, għamel l-Ewwel Professjoni tiegħu nhar il-5 ta’ Settembru 2011 fil-Parrocca taghna. Wara din is-sena huwa għamel l-istudji tal-filosofija u it-teoloġija fil-“Pontificia Universita’ Antonianum” f’Ruma. Matul dawn il-ħames snin f’Ruma, hu kellu diversi esperjenzi pastorali fil-Parroċċa Franġiskana ta’ San Gregorio VII.

Fra Clive ingħata il-Ministeru tal-Lettorat nhar il-15 ta’ Settembru 2013 u l-Ministeru tal-Akkolitat nhar id-9 ta’ Settembru 2014.

Ordna sacerdot fit-30 ta’ Gunju, 2017

Vici Gwardjan u Ekonomu.

Fr Eddie Pace

Fr. Eddie Pace OFM – Rettur, Kappella “Ġesu Ħabib”

Twieled: 13 ta’ Awwissu, 1945
Novizzjat: 9 ta’ Ottubru 1960
Qaddes: 15 ta’ Marzu 1970

Kien Rettur tal-Knisja tal-Madonna ta’ Liesse fil-Belt Valletta, Gwardjan fil-kunvent tal-Hamrun u tal-Porziunkula f’Baħar iċ-Ċagħaq. Wettaq ħidma saċerdotali fid-Dockyard. Fil-preżent huwa Rettur taċ-Ċentru Pastorali Ġesù Ħabib u Ekonomu fil-Kunvent, Sacro Cuor Sliema.

Fr Norbert

Fr. Norbert Ellul Vincenti OFM

Twieled: 27 Ġunju 1937
Novizzjat: 2 Ottubru 1953
Qaddes: 12 Marzu 1960, fl-Ingilterra, minn idejn l-Isqof Parker ta’ Northamptom

M.A. minn Oxford fil-letteratura Ingliża. Għallem fuq il-livelli sekondarji u terzjarji, lecturer għall-BA tal-Universita ta’ Londra.

Kappillan Toronto fil-Kanada u tliet snin Vittorja fi Sqallija.

Kien Ċensur tal-Istat għall-films u palk, membru ta’ Patrimonju Kulturali Djoċesan, ex-membru Kummissjoni għall-Kultura Djoċesana.

Ġurnalista, kittieb, kritiku tal-kotba, films, palk u arti.

Tel: 2133 1183, extension 7
Mobile personali: 7935 0403

Patri Mark Enriquez  OFM

Twielet Il-Belt Valletta f 8 ta’ Mejju 1940
Novizzjat 27 ta’ Settembru 1959
Profesjoni temporanja 28 ta’ Settembru 1960
Profesjoni Sollenni 8 ta’ Diċembru 1964
Ordinazzjoni Sacerdotali 22 ta’ Marzu 1969
Kappilan tas-Sorijiet Franġiskani, Betajna Franġiskana , Imsida

Fra Lorrie Zerafa OFM

Data tat-Twelid: 02 ta’ April 1974, mgħammed Loretu Zerafa fid-29 ta’ April 1974 fil-Knisja Arċipretali Madonna ta’ Loretu, Għajnsielem.

Iben Mikiel u Emmanuela Curmi

Beda’ l-Postulandat fid-29 ta’ Settembru, 1993 fil-Kunvent ta’ Santa Marija ta’ Ġesù, fir-Rabat u San Franġisk fil-Ħamrun.

Novizzjat: 13 ta’ Settembru, 1995 fil-Kunvent ta’ San Franġisk fil-Ħamrun.

Professjoni Temporanja: 15 ta’ Settembru, 1996 fil-Kunvent ta’ Santa Marija ta’ Ġesù fir-Rabat.

Irċieva l-Ministeru tal-Lettorat u l-Akkolitat f’Mejju u Diċembru 1999, fil-Kunvent ta’ San Franġisk fil-Ħamrun.

Professjoni Solenni: 13 ta’ Ġunju, 2000 fil-Kunvent ta’ Sant’Antnin, Għawdex.

Komunitajiet: Porziuncola Retreat House f’Baħar iċ-Ċagħaq, Knisja Santa Maria tal-Anġli f’Baħar iċ-Ċagħaq, Knisja Sant’Antnin f’Għajnsielem, Domus Pacis f’Baħar iċ-Ċagħaq u preżentament fil-Parroċċa tas-Sacro Cuor, Tas-Sliema.

Ħidmiet oħra: Segretarju tal-Evanġelizzazzjoni u Missjoni Franġiskana u Viċi Kummissarju tal-Art Imqaddsa.