Carmen u Frans dahlu f’dar gdida. Tieqa kbira tal-kcina kienet taghti ghal fuq it-terrazzin tal-gara, fejn kuljum din kienet tonxor naxra hwejjeg. Kuljum Carmen kienet tikkummenta, ”Ara ftit Frans ~ din il-mara ma tghallmitx tahsel il-hwejjeg! Ara l-bojod kif inhuma mdensin!” Wara xi granet, Carmen staghgbet… ”Frans fl-ahhar il-gara tghallmet tahsilhom il-hwejjeg! Ara kemm jidhru sbieh!”  U Frans kwiet kwiet lissen, ”Le Carm, illum qomt kmieni u hsilt hasla l-hgieg ghax tant kien imtappan li kwazi ma tarax minnu!”

Iggudikat lill-gara Carmen! Kienet qed thares minn hgieg imtappan, li tappan il-verita!

Hekk jista jigrilna meta naslu biex nghaddu gudizzju fuq haddiehor, ghax il-verita kollha qatt ma nistghu nafuha, ghax kulhadd ghandu biss bicca mill-verita!
Il-Mulej biss ikun jaf il-verita kollha, is-sitwazzjoni shiha fil-mohh u l-qalb tal-bniedem.

Xi jwassal bniedem biex ikun pront jiggudika lil haddiehor?

Hafna drabi, il-bniedem li jkun pront jiggudika b’sens ta’ kritika negattiva lil haddiehor, jemmen li hu superjuri ghal haddiehor, ma jittollerax lil ohrajn li huma b’xi mod differenti minnu fil-hsiebijiet u jasal ghal konkluzjonijiet minghajr ma jkollu l-fatti kollha.
Il-bniedem li jkun pront jiggudika ma jkunx ipprova ‘jidhol fiz-zarbun’ tal-persuna li qed jiggudika, ma jkunx waqaf jirrifletti minn x’hix tista’ tkun ghaddejja dik il-persuna. Ikun waqaf milli jpoggi l-attenzjoni fuq l-imhabba, il-hniena u l-kompassjoni u pponta subghajh lejn haddiehor u nesa li meta jaghmel hekk, it-tlett subghajn l-ohra jkunu qed jippontaw lejh stess. Ma jkunx wasal biex jaghmel id-differenza bejn il-gudizzju fuq l-azzjoni u gudizzju fuq il-persuna.
Fl-Evangelju ta’ San Mattew 7, 1-5, Gesu stess jghallimna biex ma niggudikawx, ghax kif jista’ wiehed jara ’t-traba’ f’ghajnejn il-proxxmu u ma jarax it-‘travu’ f’ghajnejh stess.  Fil-kaz klassiku tal-mara midinba, Gesu stess jurina kif ghandu jkun il-gudizzju taghna fuq l-ohrajn. (Gw. 8,1-8) Hu stieden lil dawk li m’ghandhom l-ebda htija jwaddbu l-ewwel gebla. Hadd ma ssogra, ghax fil-harsa Tieghu hassew li qralhom qalbhom.

Il-Papa Frangisku ghandu messaggi qawwijin fuq il-gudizzju li wiehed jghaddi fuq l-ohrajn.

F’wiehed mid-diskorsi tieghu, jheggigna ‘nharsu fil-mera’  minghajr ma nippruvaw nghattu ’t-tikmix bil-make-up’ u naghtu harsa fil-fond lejna nfusna, qabel ma nghaddu gudizzju fuq haddiehor.
Aktar ma naghraf lili nnifsi, bid-difetti li jista jkolli, aktar nkun kapaci nahfer lili nnifsi, nasal nkun kapaci nifhem lil haddiehor u ma nghaggilx nghaddi gudizzju fuq haddiehor. Nasal biex fil-fond ta’ qalbi nghid ‘ Jien min jien biex niggudika?’

U nieqaf nahseb.
Kieku kelli nkun fuq l-Gholja tal-Golgotha u nara mill-boghod liz-zewg hallellin msallba ma’ Gesu, min jaf x’kien ikun il-gudizzju tieghi fuqhom?
Mur ghidli li ghax ma smajtux jien, qatt ma kont nobsor li lil Disma li bqajna nsejhulu l-‘halliel it-tajjeb’, Gesu hadu mieghu fis-Saltna Tieghu!
U jien mill-boghod, ikkundannajtu!

Il-Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.

Pauline Darmanin ofs