Gheziez huti Frangiskan
Iz-zmien ghaddej u ma jistenna lil hadd. Illum inkantaw ta’ l-ahhar l-innu tant sabih, miktub mill-Poeta Nazzjonali, Dun Karm Psaila: Fil-Hlewwa ta’ Mejju”. Hmistax ohra tkun l-ahhar laqgha taghna fis-Santwarju qabel il-vaganzi tas-sajf. Madanakollu, il-messaggi ta’ kull nhar ta’ Tlieta jibqghu ghaddejjin ukoll matul il-vaganzi tas-sajf, halli b’mod virtwali nibqghu nduqu “Il-Hlewwa tal-Evangelju” u l-Benna tal-Kelma t’Alla.

Illum, il-31 ta’ Mejju, 2022, huwa Jum Specjali ghall-poplu t’Alla, specjalment ghalina l-Kattolici.

Kif jaf kulhadd, il-lejla fis-6.00 ta’ filghaxija, il-Qdusija Tieghu l-Papa Frangisku, se jirrecita t-Talba qawwija tar-Ruzarju, mill-Bazilika ta’ Santa Marija Maggiore, Ruma, f’xandira direttta lid-dinja kollha.

Il-lejla, il-Poplu t’Alla, fis-6.00 ta’ filghaxija, huwa mitlub u mheggeg biex jinghaqad mal-Papa, jkun fejn ikun, fit-Talba tar-Ruzarju, b’sinjal ta’ tama lil poplu tal-Ukranja u popli ohra milquta minn gwerer imdemmija, biex bl-intercessjoni ta’ Marija, Omm Alla, terga’ tirrenja fosthom il-paci u jieqfu l-gwerrer li gabu maghhom eluf kbar ta’ mwiet u tixrid ta’ familji.

Il-Papa Frangisku se jitlob it-talba tar-Ruzarju quddiem l-istatwa ta’ Maria “Regina Pacis”., ir-Regina tal-Paci li tinsab fl-istess Bazilika. Statwa bi storja partikulari. Din kienet saret fuq talba tal-Papa Benedittu XV mill-iskultur Guido Galli, b’li skop li tieqaf l-Ewwel Gwerra Dinjija, tal-1918.

Numru kbir ta’ Santwarji madwar id-dinja kollha se jinghaqdu mal-Qdusija tieghu l-Papa Frangisku, fl-istess hin, fir-recita tar-Ruzarju, permezz ta’ l-internet.

It-talba għandha storja rikka ħafna fejn, skont it-tradizzjoni, fit-tlettax-il seklu jingħad li Marija stess dehret lil San Duminku u tatu l-kuruna tar-Rużarju filwaqt li wriet ix-xewqa li l-insara jitolbu din it-talba. Matul iż-żmien din it-talba għaddiet minn numru ta’ bidliet u żidiet, biss jibqa’ l-fatt li din it-talba akkumpanjat lil bosta nsara matul dawn is-snin huma u jirriflettu fuq il-misteru tal-imħabba ta’ Alla għalina.

Kull nisrani għandu jagħraf kif, bil-meditazzjoni tal-posti tar-Rużarju, huwa jingħaqad flimkien ma’ Marija fil-misteru tal-fidwa tagħna.

Fit-13 ta’ Ottubru, 1917, eżattament fl-aħħar dehra tagħha f’Fatima, Omm Ġesù ppreżentat ruħha lit-tliet rgħajja ċkejknin – Luċija, Ġjaċinta u Franġisku – bħala l-“Madonna tar-Rużarju”, u qaltilhom biex jgħidu din it-talba sikwit. 

Kemm hu sabih il-hsieb tal-Papa Frangisku meta qal li jistħajjel li “idejn il-Madonna jsiru qishom sellum li Ġesù jużah biex jinżel fostna. Iċ-ċentru huwa dejjem Ġesù, li jitbaxxa biex ikun jista’ jimxi magħna l-bnedmin ħalli aħna nkunu nistgħu nitilgħu s-Sema miegħu. Fir-Rużarju aħna nitolbu lil Marija tressaqna qrib Ġesù biex insiru nafuh aktar u nħobbuh” (18/06/2017).

Għalhekk nagħmel tiegħi l-appell tal-Papa Frangisku, li jistedinna biex spiss naqbdu f’idejna din “l-għodda qawwija tat-talba tar-Rużarju biex ikollna l-paċi fi qlubna, fil-familji, fil-Knisja u fid-dinja”.

Bhala l-Ministru tal-Fraternita taghna, nappella lil kulhadd biex min jista, il-lejla, fis-6.00pm, ninghaqdu flimkien fis-Santwarju tas-Sultana tal-Qalb ta’ Gesu, biex flimkien mal-Papa Frangisku nitolbu ghal-Paci fid-Dinja, specjalment fl-Ukranja.

Tiddubitaw qatt mill-qawwa tat-Talba tar-Ruzarju.  Tinsew qatt l-intercessjoni ta’ Marija fit-Tieg ta’ Kana. Nitolbuha ta’ spiss biex tieqaf maghna u mal-familji taghna, fil-waqt li naghmlu dak li “qalilna Binha Gesu.”

Il-Paci maghkom u mal-gheziez taghkom.
Peter Darmanin ofs
Ministru