Talba ta’ Filgħodu

Radd tas-Salib, Missierna, Sliema, Glorja…

Mulejja, nadurak u nagħrfek b’Sid tiegħi u b’Sid il-ħlejjaq kollha.
Mulejja, niżżik ħajr li ħlaqtni, għamiltni nisrani u żammejtni ħaj s’issa.
Mulejja, agħtini l-grazzji li neħtieg:
Fuq kollox, żommni bogħod mid-dnub, u dejjem fil-grazzja tiegħek.
Marija Santissima, kun int l-Omm tiegħi;
Anġlu li tħarisni, Qaddisin proteturi tiegħi: itolbu ‘l Alla għalija.
Il-barka t’Alla tinżel fuqna, iż-żommna bogħod mid-dnub, u twassalna għall-ħajja ta’ dejjem;
U l-erwieħ tal-insara mejtin, għall-ħniena t’Alla, jistrieħu fis-sliem. Ammen.