Illum il-gurnata, tfittex fejn tfittex fuq San Filep, ghandek issib referenza sabiha fuq Haz-Zebbug fejn ilu venerat sa mill-bidu tas-seklu XIV.

L-isem igiblek mhux biss lill-Haz- Zebbug u dak it-Tempju meraviljuz tieghu, li z-Zebbugin (u l-Maltin kollha) gustament jiftahru bih, imma jifrixlek quddiem ghajnejk ta’ gewwa dak ix-xempju ta’ qdusija imtella’ fil-fidda specjalment kif recentement irrestawrat. Haz-Zebbug hemm statwa unika ghal Malta, u issa li sar ir-restawr nistghu napprezzawha ahjar u nibzghu ghaliha ahjar bil-mezzi kollha moderni.

San Filep, l-isem ifisser li jhobb iz-zwiemel. Filwaqt li nistaqsu dan x’jista’ jfisser, nissugerixxu li Filippu huwa figura b’sahtu, ma jibzax iterraq, jindiehes kull fejn isejhulu – ghax ihobb jghin u jieqaf ma min huwa mahkum minn xi saram. Nafu li beda hajtu fl-Orjent fis-seklu VII u wasal Agira hdejn Enna diga fil-bidu tas-seklu VIII. Kien venerat fil-Macedonia, fil-Palestina – tant li jissejjah ukoll San Filippu il Kosmopolitan, il-Grieg (Tracia), il-Kbir. Dan biex jiddistingwuh minn San Filep iehor li kien djaknu minn Palermo.

Wasal Sqallija f’moviment ta’ eremiti u rhieb gejjin mill-orjent, u wera li kien moghni b’qawwa kbira specjalment biex jirbah lix-xitan u jxejjen l-opri tieghu. Minhabba f’hekk baqa’ maghruf bhala ezorcista, wiehed li jkecci x’xjaten bis-sahha ta’ Alla. Din is-sahha ezorcisanti, hija kwalita ohra li distingwih u tlibbsu b’individwalita partikolari. Nistghu nghidu li l-emblema tieghu hija r-rebha fuq ix-Xitan. Spiss huwa rapprezentat b’xi mxajtan tahtu, jew xi xita jew mostru.

Motiv iehor madwar il-figura ta’ dan il-qaddis huwa l-vulkan Etna li kien spiss jisbroffa, u li fih innifsu jfakkrek fis-setgha soprannaturali malifika. Forsi kienet xi naqra injoranza u naqra superstizzjoni li gieghlet lin-nies tahseb li din kienet attivita tax-xitan u li allura daret ghal San Filep ghall-ghajnuna.

Filippu kellu bhala kumpan tieghu lil Eusebio, raheb, li kien hafna vicin tieghu anke spiritwalment. U permezz tieghu nafu xi haga fuq il-hajja ta’ Filippu. Jurina kemm il-hbiberija tajba tghin anke lill-qaddisin, ahseb u ara lilna, mhux biss biex insibu hbieb tajba, imma biex ahna wkoll inkunu hbieb tajba ghal haddiehor. Hbieb tajba jghinu lil xulxin, u jressqu lil xulxin lejn Alla u mhux ‘il boghod minn Alla, lejn il-kuntentizza ghaqlija u mhux lejn xi attivita li twassal ghall-qerda. Hbieb tajba ma jintroduciniex ghal hajja tax-xorb, jew droga, jew loghob tal-azzard.

Hajtu hija ezempju ghalina anke fil-mewt tieghu, ghax ifakkarna li xi darba irridu mmorru ‘l hemm u naghtu kont ta’ hajjitna. Bhalu, ahna rridu naraw x’gid se nhallu warajna, il-gid li naghmlu b’rizq l-ohrajn.

Huwa miet fit-12 ta’ Mejju bejn is-sena 453 u 457 (verzjonijiet differenti). Kellu 63 sena – lanqas ma kien zghir ghal dak iz-zmien. Fuq il-qabar tieghu l-ewwel inbniet knisja u mbaghad monasteru.

Fl-arti dejjem jigi raffigurat bil-paramenti sagri donnu biex jurina li fil-glieda tieghu max-xitan kien dejjem maghqud mal-Knisja anke liturgikament.
Kien ta’ kultura Siriaka, imma dan ma zammux li jmur Ruma fejn il-Papa baghtu Agira biex jitqabad mal-qawwa tax-xitan hemmhekk. F’Agira sab ghar, li huwa nteressanti ninnotaw li kellu tliet kolonni, tliet targiet kollha maqtughin minn gebel perfett. Pogga fuq it-targiet. Min jaf x’sinifikat setghu kellhom. Tlieta kollonni u tlieta targiet.

Tghid jiffiguraw is-Santissima Trinita li bis-sahha taghha kien qed jerbah ill-ghadu? In-nies tant temmen f’San filippu taghha u fir-rabta tieghu ma’ Alla li temmen – minghajr ebda evidenza storika – li Filippu gie ghandhom fl-ewwel seklu mibghut minn San Pietru nnifsu. Dan juri il-vizjoni qaddisa li ghandha n-nies devota.

Id-devozzjoni lejn San filippu fi Sqallija hija mifruxa sewwa. Hi x’inhi, huwa jerzercita gibda kbira fuq il-wemmiena. Gieli jigi raffigurat bix-xitan, jew dragun tahtu. Ifakkrek dejjem fil-qawwa kbira tieghu fuq il-hazen, fuq dak kollu li jxekkilna, jorbotna, inehhilna l-paci f’qalbna, jinkwetani bis-shih.
Hija mhux il-qawwa tieghu, naturalment, imma l-qawwa ta’ Alla ezercitata maghna permezz tieghu. Alla jinqeda bih biex jislifna l-qawwa tieghu fuq l-ostakli kollha ta’ hajjitna. Ma rridux ninsew, li t-twemmin Nisrani huwa twemmin ta’ qawwa, “power”.

Gesu waqqaf knisja bil-“power” li thollna mill-hazen u mill-gwaj u thabbibna mal-Missier. Is-Sagramenti ghandhom il-qawwa kollha ta’ Alla ghax igibulna lil Alla. L-Ewkaristija fija qawwa mmensa ghax Gesu jinzel fostna u jsir ikel taghna, Hu li qieghed fuq il-lemin tal-Missier fejn ghandu l-“power”. Gesu jaghtina l-“power” fuq ix-xjaten kollha fuq is-superstitzzjoni, fuq il-biza’, id-dipressjonijiet u skrupli u fuq il-hmigijiet kollha taghna. Gesu jnaddafna bojod aktar minn l-abjad li nafu.

Id-dehra ta’ San Filippu, tfakkarna fl-eremiti moghtijin ghall-imhabba ta’ Alla ‘l boghod mid-dinja u l-pjaciri vojta taghha. Id-dinja fiha hafna sbuhija u pjaciri li kollha halaqhom Alla biex ingawduhom, imma xi whud minna nintrabtu wisq – izzejjed – ma dawn il-pjaciri, b’mod li nittraskuraw dak li huwa aktar importanti, li nhobbu lil Alla, u li nhallu lil Alla jhobbna u jhollna minn dnubietna.

L-eremiti jitilqu kollox biex ikunu sinjal fis-socjeta li l-gid ta’ din id-dinja mhuwiex kollox. Ifakkruna li kollox jghaddi u li xi darba ahna rridu mmorru ‘l hemm f’idna f’idna.

Dan kollu jfakkarna San Filippu, b’dik id-dehra sabiha tieghu, moghni b’qawwa tal-ghageb li ebda hazen ma jista’ kontra taghha. San Filippu huwa c-Champion taghna. Jerbah dejjem u ma jitlef qatt. Nistghu ma nkunux devoti tieghu? Jaqblilna?