Naqraw fil-Ktieb tal-Genesi: ‘Fil-bidu Alla halaq is-sema u l-art; u kienet l-art tahwid u bah; u dlam kien fuq wicc l-abissi, u fuq wicc l-ibhra kien jittajjar rih ta’ Alla. U Alla qal: Ha jkun id-dawl …’ (1:2, 2) Il-kelma ‘dawl’ kienet wahda mill-ewwel kliem li qal Alla skond l-Iskrittura. Dik il-kelma turi l-bidu tal-holqien. (Gen, 1:3). Jekk noqoghdu nahsbu ftit, meta tarbija tat-twelid tiftah ghajnejha l-ewwel ma tara, ikun id-dawl. Nimmagina li l-istess gara meta Gesu Tarbija fetah ghajnejh … ra id-dawl. Ghalkemm  kien dawl limitat gewwa l-ghar. Kultant noqghod nahseb u nghid,  bejni w bejn ruhi,  tghid dak il-hin Gesu Tarbija ftakar meta, bhala Alla, halaq id-dinja, u qal  ‘Ha jkun id-dawl’. U f’dak il-kaos tal-abbissi twieled id-dawl. Riflessjoni ohra helwa; meta Alla halaq id-dinja kienu prezenti Alla l-Missier, Alla l-Iben u Alla l-iSpirtu s-Santu … it-Trinita Qaddisa. U meta twieled Gesu Tarbija, id-Dawl tad-dinja, gewwa l-ghar ta’ Betlehem, kienu prezenti Gesu Tarbija, Marija Ommu u missieru Guzeppi, tlett persuni … il-Familja Mqaddsa.

Il- ktieb tal-Genesi jkompli f’vers 4: ‘U ra Alla li d-dawl kien tajjeb …’ Altru li d-dawl huwa tajjeb, tant li meta Alla gie fid-dinja bhala Kristu, baqa’ f’kull okkazzjoni jghidilna u jishaq fuq ‘id-dawl’. Il-bnedmin jafuh dan, tant hu hekk li l-bniedem jibqa’ jfittex id-dawl u jahrab id-dlam. Tiftakru meta konna tfal, ta’ eta zghira, qatt ma konna nidhlu f’kamra mudlama. Il-bniedem jibza’ jitgerrex mid-dlam, jista’ jkun li d-dlam u swidija jfakkruh fil-mewt. Dwar dan insibu Riflessjoni fil-Ktieb ta’ Gob (10:21) ‘ … ha nduq ftit il-hena qabel ma mmur lejn art id-dlam u d-dellijiet.’ Fl-Iskrittura d-dlamijiet huma kundizzjoni temporanja li hu ddestinat li jsir dawl. It-Twelid ta’Kristu huwa prova cara li Kristu se jaghmel holqien gdid, iwarrab id-dlamijiet u l-kaos li jezisti fid-dinja, u jfejjaq il-mard kollu spiritwali. Bi’ dritt kollu ssaqsu, x’inhija l-prova? It-twegiba hija f’forma ta’ mistoqsija ohra: Min ircieva l-ewwel Ahbar Tajba dwar it-Twelid ta’Kristu? L-Imperatur, is-Sultan, il-mexxejja Religjuzi, il-Kbarat, is-sinjuri, dawk li kienu jahsbu li huma xi qaddisin jinqatghu mill-art? Hadd minnhom. L-ewwel Ahbar Tajba rcevewha l-aktar nies midinba, nies hziena li kienu kkunsidrati li huma hallelin u ma tistax tafdahom, li lanqas setghu jidhlu fit-Tempju. Iva kienu r-rghajja ta’ Betlehem. Ghax hekk qalilna l-Ktieb ta’ Gob: ‘Alla jikxef l-aktar postijiet mudlama u swidija tad-dlam jaghmilha dawl. Marru jzuru lit-Tarbija, u b’hekk Gesu Tarbija ressaqhom lejn id-dawl; raw tarbija bhat-trabi taghhom fqira, semplici, imwielda qalb il-mizerja f’maqjel tal-annimali … u ‘Taw glorja ‘l Alla’. Ma rawx xi tarbija mdawra b’eluf ta’angli madwaru, jew b’xi raggiera ma rasha … probabbli li kienet imrezzha fil-kesha li taghmel dawk iz-zminijiet. Nahseb li mhux iggustawha biss, adurawha, izda hennu ghaliha ghax sthajluha wahda minn uliedhom. Ghax fuq kollox ir-rghajja kellhom qalb umana, bhalna.

Fis-semplicita, fl-injoranza u fil-hazen taghhom ir-rghajja zgur hassu li kellhom bzonn ta’ Salvatur, ta’ Messija … u laqghuh. Fil-keffa l-ohra, l-Imperatur, is-Sultan, il-Mexxejja  Religjuzi ul-ghonja kienu konvinti, mohhhom mistrieh li huma qed jaghmlu t-tajjeb … ghax kellhom il-gid … allura ma kellhomx bzonn, la ta’ Salvatur u lanqas tal-Messija.      

Gesu Tarbija kemm nixtieq li kont raghaj semplici, injurant u konxju tad-difetti tieghi. B’hekk inkun konvint li ghandi bzonnok , bzonn id-dawl Tieghek, biex insalva.

 

Tony Mahoney ofs