Fr Alex Borg OFMIllum fl-4.00 pm ser jintalab ir-Rużarju fi Ġnien Indipendenza.

It-Tnejn : Fis-6.30pm ser jiltaqa’ l-kor parrokkjali.

It-Tlieta: Fis-6.30pm ser jerġgħu jibdew il-laqgħat tal-membri tal-O.F.S. Is-suġġett tal-laqgħa ser jkun dwar is-Salmi u għaliex jinterrasaw lil kulħadd.

Kull nhar t’Erbgħa ser jibdew jiltaqgħu bejn il-5.15 pm u s-6.30 pm, il-grupp tal-adoloxxenti Pre-Teens for Christ (bejn il-11 u t-13 il-sena) ġewwa ċ-Ċentru Parrokkjali. Nitolbu lill-ġenituri biex iħeġġu lil uliedhom biex jattendu.

Il-Ħamis: Fil-5.00pm ser issir Adorazzjoni f’ġieħ il-Ħniena Divina. Fis-6.30pm ikun hemm ukoll il-Lectio Divina.

Is-Sibt : Fid-9.00am, fiċ-Ċentru Parrokkjal, ser jitkomplew il-laqgħat rikreattivi tat-tfal.

GRAZZI MILL-QALBIl-ġabra li saret b’risq id-Dar tal-Providenza li saret fil-Parroċċa tagħna laħqet is-somma sabiħa ta’ €1,500. Żgur li din il-ġenerożità tfisser barkiet fuqna lkoll.

Attività tal-festi

Nhar it-Tnejn fis-7.30pm ser issir bingo speċjali fil-Każin tal-Banda. Ser ikun hemm rigali għal kulħadd.

Pauline Gouder u Thomas McNerney twieldu għall-ħajja ta’ dejjem. R.I.P.