Joshua Bell huwa vjolinista pjuttost zaghzugh, ta’ fama internazzjonali. Il-kuncerti li jaghti  jkunu bbukkjati minn hafna qabel u trid thallas sew ghal biljett biex tattendi!


B’mod legger is-surmast ta’ l-orkestra, flimkien ma hbieb ohra, kienu qed jiddiskutu x’jigbed lin-nies ghal kuncerti ta’ Bell u kemm verament dawn japprezzaw il-kapacita singulari tieghu. Waslu biex organizzaw esperiment. Joshua kellu jilbes qmis u jeans, u b’beritta f’rasu, jinzel fl-istazzjon f’Washington u jibda jdoqq il-vjolin, b’kaxxa quddiemu, biex jaraw kemm jieqfu jisimghuh u jitfghu donazzjoni fil-kaxxa. Riedu jaraw kemm verament dawn japprezzaw il-kapacita ta’ Joshua bil-vjolin jew kienux ifittxu il-grandjozita ta’ l-istess esebizzjoni fir-teatru ta’ Washington.
Is-surmast stenna li fil-hin stipulat, mill-inqas elf persuna jieqfu japprezzaw id-daqq singulari tal-vjolin u stenna li fil-kaxxa kellhom isibu somma ta’ flus sostanzjali. Fil-hin ta l-esperiment ghaddew 1,097 persuna, 7 biss waqfu jisimghu, 27 waddbu xi haga fil-kaxxa, wiehed biss gharfu u tefa’ $20! B’kollox gabar $32! Lanqas haqq biljett wiehed ghal kuncert!
Il-bniedem ifittex l-ispettakulari!

Ftit tal-gimghat ilu, kellna l-vista tal-Papa Frangisku. Minn kollox sar! Hsibna minn kmieni biex nibbukkjaw post fuq il-fosos, hrigna nxejru l-bnadar bojod u sofor, armajna t-triqat bil-banadalori tal-festa, hrigna l-banda…….. ghax se jghaddi l-Papa! U sew ghamilna. Imma fil-fatt, kemm tajna kaz tal-messaggi li ghaddielna Papa Frangisku? Kemm hallejna dawn il-messaggi jmissu lil mohhna u lil qalbna fil-fond?
Forsi ghax intlifna fl-ispettakulari?
 
Bdejna niehdu n-nifs mill-Covid u mill-Omicron. Tnehhew ir-restrizzjonijiet, nehhejna l-maskli, immorru nixtru, nohorgu fir-ristoranti, niftehmu mal-hbieb ghal hrug u passiggati. Bdejna nikkunsidraw is-safar. Bdejna nahsbu fuq il-festi. U wara n-nixfa mic-celebrazzjonijiet rgajna bdejna nharsu lejn il-festa tal-belt jew rahal, bit-tradizzjonijiet marbutin mal-festa, mhejjija b’tant dedikazzjoni u sagrificcji b’mod volontarju.
Ejjew ma nintilfux f’dak biss li hu spettakulari u naslu biex napprezzaw il-messagg li l-Mulej jaghtina f’dawn ic-celebrazzjonijiet marbutin mal-kultura taghna l-Maltin.

U l-knejjes? Il-knejjes tbattlu, sahansitra inghalqu, wara ftit mil-hrug ta’ Covid 19 u meta regghu nfethu ma regghux imtlew bhal qabel….. ghax quddiesa nista nismaghha mid-dar.
Bl-ghajnejn minghajr fidi, fil-knisja m’hemm xejn spettakulari!

Min jaf x’jigri li kieku jsir avviz li fit-tali knisja se jsehh miraklu! Isir avviz li se jkun hemm Gesu nnifsu prezenti. . . imqar fuq iz-zuntier. Hija biss il-Fidi taghna li twassalna li naraw bl-ghajnejn tal-Fidi il-Prezenza reali ta’ Gesu fl-Ewkaristija li hemm prezenti, kull jum, kull hin, jistenna li ahna naghtu kaz.
Il- Mulej ma nsibuhx f’xeni spettakolari!


It-Twelid tas-Salvatur sehh f’lejl mudlam, maghruf biss minn rghajja, nies foqra, mhux maghrufa.
L-akbar avveniment tat-Twemmin taghna, Il-Qawmien mill-Mewt tal-Mulej, sehh f’lejl, meta s-suldati stess lanqas jafu ezatt x’gara. Xejn daqq ta trombi, l-ebda folla biex tara dan l-akbar avveniment!

Ejjew inheggu lil ohrajn li jergghu jersqu lejn id-dar taghna bhala Kattolici, inhegguhom jifhmu li l-Quddiesa hi Celebrazzjoni Ewkaristika, mhux biss biex tismagghha, mhux biex tfittex l-ispettakulari, imma li tkun prezenti ghal Prezenza reali ta’ Gesu, biex tehodha mieghek u tghixha fil-hajja ta’ kulljum.
Ejjew nghollu ghajnejna lejn l-ispeci tal-Hobz u ta’ l-Inbid ikkonsagrati, u fis-skiet ta’ qalbna imma bl-ghajnejn tal-Fidi naraw lis-Salvatur taghna, realment prezenti u nistqarru “Mulej tieghi u Alla tieghi”!

Il- Mulej iberikna, Ommna Marija tipprotegina, San Guzepp u San Frangisk iwensuna.

Pauline Darmanin ofs

Nissugerixxi li wiehed jara :
The Veil Removed: https//theveilremoved.com