1. Il-Ġabra li saret għall-vittmi tat-terremot fit-Turkija u s-Sirja : Kienet €1490.44. Żdiedet €810. Bilanċ ta’ €2,260.44.
2. Is-Sibt 25 ta’ Frar : Ġie fi tmiemu l-Kors ta’ Kana. Grazzi kbira lil Francis u Anne Cuschieri li mexxew b’mod professjonali bħal dejjem dawn l-Għarajjes.
3. It-Tlieta 28 ta’ Frar : 6.30pm Laqgħa tal-OFS ħdejn l-Uffiċċju tal-Kappillan. Taħdita minn Toney Mahoney bis-suġġett “L-Istorja tirrepeti ruħha.”. Kulħadd mistieden.
4. L-Erbgħa 1 ta’ Marzu : 6.30pm Laqgħa fil-Knisja għall-Animaturi u l-Letturi kollha.
5. Il-Ġimgħa 3 ta’ Marzu : L-1 Ġimgħa tax-Xahar. Il-Patrijiet iżuru l-Morda u l-Anzjani tal-Parroċċa għall-Qrar u t-Tqarbin.
6. L-Erbgħa 8 ta’ Marzu : Se jasal fostna għal ġurnata l-Inkwadru mirakluż tan-Nazzarenu. Il-Parroċċa tan-Nazzarenu f’Tas-Sliema qed timmarka l-50 Sena it-twaqqif tagħha. Fis-6.00pm ikollna Quddiesa konċelebrata mall-Kappillan tan-Nazzarenu.
7. Fir-Randan ser ikollna 2 Korsijiet ta’ Eżerċizzi Spiritwali. Wieħed se jkun bejn it-Tnejn 6 u l-Ġimgħa 10 ta’ Marzu waqt il-Quddiesa tad-9.00am. Jippriedka Patri Martin Coleiro ofm. It-tieni kors se jkun bejn it-Tnejn 27 u l-Ħamis 30 ta’ Marzu waqt il-Quddiesa tas-6.30pm. Jippriedka Fra Lorrie Zerafa ofm li se jibbaża fuq postijiet sagri fil-Palestina.
8. Il-Fondazzjoni tħeġġeġ lil kulħadd : Biex bħala penitenza matul ir-Randan nagħtu Donazzjoni lis-Santwarju tas-Sultana tal-Qalb ta’ Ġesu’. Il-ġenerosita’ tagħkom tkun apprezzata ħafna.
Il-Mulej Jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan / Gwardjan
TEL: 2131 3505 – 7953 7719.