“Is-serp qarraq bija, u jien kilt”.

1. Il-Hadd: 9.30am Quddiesa bit-Tberik tat-Tfal u tat-Trabi u t-tqassim tal-Hobz ta’ Sant’Antnin. Wara ssir Purcissjoni mill-Knisja ghac-Centru.

2. It-Tnejn: 8.30am Quddiesa l-Knisja tan-Nazzarenu u t-Tberik tal-Monument tal-Gwerra. Haga sabiha li min jista’ jattendi u nitolbu ghalihom.
10.00am Bingo b’risq il-Kunvent fic-Centru Parrokjali Sant’Antnin. Prezz 12-il Ewro li jinkludi l-ikel u l-bingo.

3. It-Tlieta : 7.00pm Tahdita pubblika tal-OFS minn Tony Mahoney bit-tema: “Il-Mara li d-Dinja kollha thobb”. Kulhadd hu mistieden jattendi.

4. L-Erbgha : Isir it-Tberik u t-Tqassim tal-Hobz ta’ Sant’Antnin.
6.00pm Inkomplu bl-Erbghat tal-Madonna.
7.15pm Laqgha tal-Ushers hdejn l-Ufficcju tal-Kappillan.

5. Il-Gimgha : 7.15pm Laqgha tal-K.P.P. (Kunsill Pastorali Parrokkjali).

6. Funerali fil-Knisja taghna : Ser jibdew ikunu fit-8.00am u fis-2.00pm fil-knisja taghna.

7. Bdiet is-shana tas-Sajf : Infakkar fid-decenza tal-ilbies fil-Knisja.

Kif ukoll naghtu kaz nitfu l-Mobiles fil-Knisja.

8. Il-Kummissjoni Festi tavza:

a) Din il-gimgha se jitqassam il-Ktieb tal-Festa fid-djar u jingabru l-envelops bid-donazzjonijiet. Din is-sena il-harga hi specjali fl-okkazzjoni tal-100sena parrocca. L-envelope tistghu wkoll tghadduh il-Knisja.
b) Bingo special nhar il-Gimgha fil-Kazin fit-8.00pm. Ikun hemm ikel u rigali b’xejn ghal kulhadd u rigali ohra.
c) Bazaar fil-Kazin dan il-weekend mit-8.00am sat-8.00pm. Il-Hadd l-affarijiet ikunu irhas.

Il-Mulej Jaghtikom is-Sliem

 

Fr Paul Attard ofm
Kappillan

Mob:  7953 7719.