Ktejjeb ta’ tagħrif u talb bil-Malti għall-Ġublew tal-Ħniena

Minn Jesmar Baldacchino – 31/12/15

757083-400xNoneTa’ Pinu Publications, f’kollaborazzjoni mad-Djoċesi ta’ Għawdex ippubblikaw Gwida għall-Pellegrin matul il-Ġublew tal-Ħniena li fetaħ f’Diċembru.

Il-ktejjeb ta’ 88 paġna jiġbor fih dak kollu li n-Nisrani għandu jkun jaf u jagħmel fil-Ġublew tal-Ħniena fejn hu mistieden biex jimxi f’pellegrinaġġ lejn xi knisja ġubilari.

Jinkludi wkoll spjega tal-indulġenzi u l-pellegrinaġġ, bi proposta għall-mixja lejn is-Santwarju tal-Ħniena u għajnuna biex jitwettqu l-opri tal-ħniena.

Wieħed mill-kapitli jiffoka fuq is-Sagrament tar-Rikonċiljazzjoni, b’punti ta’ riflessjoni għal eżami tal-kuxjenza biex wieħed jersaq imħejji sewwa għal-laqgħa tiegħu ma’ Alla fil-qrar.

Jinkudi wkoll spazju fejn jitqiegħed it-timbru li jikkonferma l-pellegrinaġġ.

Il-ktejjeb jiswa’ €2 u jinsab għall-bejgħ mill-Katidral ta’ Għawdex, mis-Santwarji Ta’ Pinu u tal-Kunċizzjoni fil-Qala, kif ukoll mill-ħwienet reliġjużi ewlenin f’Malta u Għawdex.

Dawk li jixtiequ jixtru ammonti kbar jistgħu jikkuntattjaw lis-Santwarju Ta’ Pinu fuq it-telefon 21556187 jew l-email rector@tapinu.org.