1. L-Erbgħa 10 ta’ Ġunju : Huwa l-5 Erbgħa f’Ġieħ is-Sultana
tal-Qalb ta’ Ġesu’.

2. Il-Ħamis 11 ta’ Ġunju : 5.30pm Adorazzjoni + 6.00pm
Quddiesa.

3. Is-Sibt 13 ta’ Ġunju : Festa ta’ Sant’ Antnin ta’ Padova.
8.30am Quddiesa bit-Tberik tal-Ħobż ta’ Sant’ Antnin.

4. Il-Ħadd 14 ta’ Ġunju : Festa ta’ Corpus Christi. 7.45am
Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum. 8.00am Quddiesa u Purċissjoni bl-
Ewkaristija madwar il-Knisja. 11.00am u 6.30pm Quddiesa.

5. Mis-Sibt 13 ta’ Ġunju : Il-Pubbliku se Jerġa’ jkun preżenti
għal Quddies.
Mit-Tnejn sas-Sibt : 8.15am Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum.
8.30am Quddiesa.
6.00pm Rużarju / Novena / Adorazzjoni. 6.30pm Quddiesa.
Il-Ħadd : 7.45am Tifħir ta’ Sbieħ il-Jum. 8.00am u l-
11.00am Quddiesa.
6.00pm Rużarju. 6.30pm Quddiesa.

6. Id-Dispensa tal-Obbligu tal-Quddies tal-Ħadd tibqa’ fis-seħħ
Se tibqa’ tixxandar il-Quddiesa ta’ kuljum fuq TVM2,
Knisja.mt u Newsbook.com.mt.

7. Direttivi għal Quddies : Id-distanza soċjali, l-użu ta’ visor
jew maskra, u s-sanitizzazzjoni.
Se jiġi stipulat l-ammont massimu ta’ nies li jistgħu jattendu
għall-Quddies ibbażat fuq il-kobor ta’ kull knisja.
Tittieħed it-temperatura, ikun sinjali fil-knisja, ma jkunx
hemm kuntatt fiżiku ma’ persuni oħra (lanqas fl-għoti tal-
paċi).
Tqarbin isir f’postna fuq l-idejn. Is-Saċerdot jgħid “Il-Ġisem
ta’ Kristu” u nwieġbu “Ammen” darba biss qabel jibda t-
Tqarbin.
Fi tmiem il-Quddiesa noħorġu b’mod ordnat u tinżamm id-
distanza soċjali.
NB. Dawn il-Miżuri fid-Djoċesi ta’ Malta u Għawdex jiġu
evalwati b’mod regolari b’konsultazzjoni mal-Awtoritajiet
tas-Saħħa.

8. Meħtieġa ‘Ushers’ u ‘Helpers’ biex jagħtu għajnuna qabel u
wara l-quddies : Skond id-Direttivi tal-Kurja jridu jkunu
persuni bejn is-16 u l-64 sena. U ma jkunux huma stess
persuni vulnerabbli.
NB. L-Ushers u l-Helpers li kellna qabel il-Knisja tagħna, kienu,
għadhom u se jibqgħu fis-seħħ.

9. Postijiet oħra li fetħu mill-Ġimgħa 5 ta’ Ġunju 2020 : Il-
Kurja tal-Arċisqof, l-Uffiċċju Żwiġijiet, il-Caritas il-Furjana, it-
Tribunali Ekkleżjastiċi fil-Belt Valletta. Bħala miżura ta’
prekawzjoni, irid isir Appuntament u jintlibsu l-Maskra /
Visor. Ċemplu : 2590 6238.
Email : info@maltadiocese.org.

Segwi Live Streaming mis-Santwarju Madonna tas-Sacro
Cuor fuq :
www.skylinewebcams.com/…/slie…/sacro-cuor-parish-church.html

Fr Paul Attard ofm

Kappillan