1. Il-Ġimgħa 2 sat-Tnejn 5 ta’ Awwissu : L-Abbatini qedin ‘Live-in’ Għawdex. Għandhom programm varjat ħafna fosthom laqgħa ma’ ġurnalist Għawdxi, il-Festa ta’ Sta Klara għand is-Sorijiet Klarissi, servizz ta’ quddiesa l-Ħadd fl-10.30am il-Katidral ta’ Sta Marija, u laqgħa mall-Abbatini tal-Kunvent tagħna Sant Antnin. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom.

2. Il-Ħadd 11 ta’ Awwissu : Festa ta’ Santa Klara f’San Ġiljan.

5.15pm Tluq mis-Savoy għall-Quddiesa fil-Monasteru. Prezz €3.

Biljetti mingħand Simiana, Simler u Ms Marianne Bonaci mhux aktar tard mill-Ħamis 8 ta’ Awwissu.

Il-Mulej jagħtikom is-Sliem

Fr Paul Attard ofm
Kappillan

Mob: 7953 7719.