1. Il-Ġabra Obolo San Pietro għall-Papa Franġisku għal karita’ : Kienet €636.19.
2. Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru Ġurnata Missjunarja : L-envelopes se tirċevuhom bil-posta. L-offerta tgħadduha lill-Kappillan u aħna ngħadduha lill-Uffiċċju Missjunarju.
3. Il-Ħadd 18 ta’ Ottubru : “One Million Children Praying the Rosary”.
• It-Tfal tad-dinja kollha huma mħeġġa Jitolbu t-Talba tar-Rużarju bl-iskop li d-dinja tinbidel għall-aħjar.
4. Min għadu ma rreġistrax lit-tfal għall-Katekiżmu : Jiġi l-Uffiċċju Parrokkjali.
5. L-Envelopes biex tiktbu l-ismijiet tal-Egħżież Mejtin : Huma available.
• Ikollhom sehem mill-quddies ta’ filgħaxija tax-xahar ta’ Novembru.
6. Il-Fondazzjoni Manutenzjoni Santwarju/Kunvent : Qed taghmel kampanja ta’ ġbir ta’ fondi b’risq il-Lift tas-Santwarju u l-Kunvent. Donazzjonijiet jinghataw lill -Kappillan jew jinxtehtu fil-kaxxa ta’ hdejn l-Altar taL-Qalb ta’ Gesu. S’issa diġà nġabru € 12,317. Il-ġenerożita’ tagħkom hija ferm apprezzata.
7. Il-Vaċċin tal-Influwenza se jkun provdut mill-Berġa ħdejn il-Kunsill Lokali Sliema :
Ħudu magħkom il-Karta tal-Identita’ u l-visor jew maskra.
8. Kors ta’ Kana mmexxi minn Francis u Anne Cuschieri : Jibda l-Ħamis 7 ta’ Jannar 2021 fis-7.30pm. Min hu interessat, jiġi l-Uffiċċju Parrokkjali jimla’ l-formola.
9. Irtir tas-Sena : Ħutna Patri Charles Diacono u Patri Mark Enriquez se jattendu għall-Irtir fil-Kunvent ta’ Għawdex bejn il-11 u s-16 ta’ Ottubru. Nitolbu għalihom.
Il-Mulej jagħtikom is-Sliem
Fr Paul Attard ofm
Kappillan
Mob: 7953 7719.